Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U MIS-SEGRETARJAT GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Inwettqu Flimkien: Il-gvern iressaq it-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi dwar il Prevenzjoni tal Vjolenza Domestika

pr230465
Date Icon 29/03/2023

Il-Parlament ta' Malta ser jiftaħ id-dibattitu dwar l-abbozz ta' liġi li se jkun qed jgħin persuni li jistgħu jkunu f'riskju ta' vjolenza domestika u jagħti l-appoġġ meħtieġ biex ikisser iċ-ċirku ta' vjolenza.

Dan l-abbozz, ġaladarba jgħaddi mill-istadji parlamentari kollha, se jagħti l-possibbiltà li persuni li qegħdin f'relazzjoni intima jistgħu jagħmlu applikazzjoni mal-pulizija fi ħdan il-Victim Support Agency biex jiċċekkjaw jekk is-sieħeb/sieħba tagħhom instabu ħatja ta' vjolenza domestika fil-passat.

Is-sistema se turi biss sentenzi ta' vjolenza domestika fejn persuna tkun instabet ħatja, u mhux allegazzjonijiet jew każijiet li għadhom pendenti quddiem il-qorti. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat l-protezzjoni tad-data, il-Pulizija trid tivverifika d-dritt tal-applikant għall-informazzjoni billi tissodisfa kriterji speċifiċi. Fi żmien għaxart ijiem se tkun qed  tingħata risposta, u jekk ikun meħtieġ, tinħareġ twissija tar-riskju ta' vjolenza domestika, filwaqt li l-persuna f'riskju tingħata l-appoġġ meħtieġ. Meta tinħareġ twissija ta' vjolenza domestika, il-Pulizija tikkomunika u tispjega r-raġuni għaliex jista' jkun hemm riskju potenzjali ta' vjolenza domestika. Professjonisti fi ħdan il-Victim Support Agency se jipprovdu informazzjoni dwar is-servizzi ta' appoġġ disponibbli.

Din il-liġi hija wegħda elettorali li l-għan tagħha hu li jonqos ir-riskju ta' persuni li jisfaw vittmi ta' vjolenza. L-abbozz ta' liġi propost huwa ħolqa importanti minn diversi inizjattivi li l-gvern ħa matul dawn is-snin biex isaħħaħ il-ġlieda kontra din il-pjaga soċjali. Dawn jinkludu l-ħolqien ta' taqsima speċjalizzata fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, għajnuna legali b'xejn għall-vittmi tal-vjolenza domestika, il-ħatra ta' Kummissarju full-time fuq il-Vjolenza Domestika u Maġistrat iddedikat fuq każijiet ta' vjolenza domestika.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow