Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU: Inwettqu Flimkien: 16,762 bed nights iġġenerati mit-turiżmu sportiv fl-ewwel tliet xhur tas-sena

pr230463
Date Icon 28/03/2023

It-turiżmu sportiv qed ikun mutur importanti biex l-attività turistika fil-gżejjer Maltin tibqa' sostenibbli matul is-sena kollha, speċjalment fix-xhur xitwin. Dawn ir-riżultati pożittivi huma marbutin ma' reklamar b'saħħtu li qed jissarraf f'żieda inkoraġġanti fejn jidħlu bed nights f'pajjiżna.

L-għajnuna diretta tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu permezz ta' VisitMalta lil numri ta' dixxiplini sportivi fissret li bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena diġà ġew iġġenerati 'l fuq minn 16,762 bed night.

Avveniment sportivXahar Bed nights
Manchester United Women's Team Jannar 2023550
Malta Football Association's Women Tournament Frar 20231,600
TipSport Malta Cup 2023 Jannar 20235,000
La Valette Marathon 2023Frar 20235,612
Snooker European ChampionshipsMarzu 2023 4,000

Il-prospetti għax-xhur li ġejjin jibqgħu pożittivi tant li f'Ġunju li ġej Malta mistennija tospita l-IPF World Classic Open Championship, liema avveniment sportiv waħdu mistenni jiġġenera 'l fuq minn 10,000 bed night fuq sebat ijiem.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef.

Il-Ministru Clayton Bartolo qal li beda proċess li permezz tiegħu l-prodott turistiku Malti jiġi diversifikat biex ikun attraenti għall-esiġenzi tal-viżitaturi tal-lum il-ġurnata. “Jekk inħarsu lejn l-ewwel riżultati ta' Jannar għal din is-sena rajna l-akbar wasla ta' turisti li qatt kellna fl-istess xahar. Rajna żieda wkoll fin-nefqa ġenerali li qabżet is-17% meta kkumparat mal-2019," kompla jgħid il-Ministru Bartolo.

Il-Kap Eżekuttiv Carlo Micallef qal li f'dawn l-aħħar snin tfasslet strateġija mmirata biex inżidu t-turiżmu fix-xhur tax-xitwa billi jiġu offruti motivazzjonijiet li bihom jiġi attirat turiżmu ġdid lejn pajjiżna. “Dawn l-inizjattivi kollha kkontribwew sabiex irnexxielna nattiraw turiżmu addizzjonali li ġġenera eluf ta' bed nights u dħul addizzjonali fi żmien tas-sena meta l-industrija l-iżjed li jkollha bżonn," temm jgħid is-Sur Micallef.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU: Inwettqu Flimkien: 16,762 bed nights iġġenerati mit-turiżmu sportiv fl-ewwel tliet xhur tas-sena
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU: Inwettqu Flimkien: 16,762 bed nights iġġenerati mit-turiżmu sportiv fl-ewwel tliet xhur tas-sena
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow