Left arrow Mur Lura

​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Titjib fil-kundizzjonijiet tal-impjegati tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta wara l-iffirmar ta’ ftehim kollettiv ġdid

pr230458
Date Icon 28/03/2023

Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta (MPO)  u l-Professionals & Services Employees’ Union (PSEU). Dan il-ftehim kollettiv se jiżgura li tlieta u sittin impjegat li jokkupaw rwoli ta’ mużiċisti professjonali mal-MPO, jibbenefikaw minn żidiet fil-pagi u aktar benefiċċji.

L-iffirmar tal-ftehim ġie ppresedut mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici.

Il-Ministru Bonnici spjega li l-bidliet ewlenin f’dan il-ftehim kollettiv jinkludu żieda fil-paga bażika kif ukoll allowances aħjar għall-manutenzjoni  tal-istrumenti, fost l-oħrajn. Qal li l-mużiċisti li jivvjaġġaw fuq xogħol se jibbenefikaw minn kundizzjonijiet u minn allowances li huma konformi mal-Public Service Management Code (PSMC). 

“L-għan tal-ftehim kollettiv mhuwiex biss ta’ natura finanzjarja. Se naraw li dan il-ftehim kollettiv ikun jipprovdi gwida ċara dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol bil-għan li sservi ta’ aspirazzjoni għal impjegati futuri. Dan sabiex ninkoraġġixxu aktar mużiċisti filwaqt li nippromwovu l-progressjoni fil-karriera tal-impjegati,” ikkonkluda l-Ministru Bonnici.

Għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv il-ġdid attendew ukoll iċ-Chairperson Alfred Camilleri u l-Aġent Kap Eżekuttiv Chris Muscat.

​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Titjib fil-kundizzjonijiet tal-impjegati tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta wara l-iffirmar ta’ ftehim kollettiv ġdid
​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Titjib fil-kundizzjonijiet tal-impjegati tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta wara l-iffirmar ta’ ftehim kollettiv ġdid
​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Titjib fil-kundizzjonijiet tal-impjegati tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta wara l-iffirmar ta’ ftehim kollettiv ġdid
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow