Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President u s-Sinjura Vella jżuru l-pazjenti Maltin u l-qraba tagħhom f’Londra

pr212085
Date Icon 19/11/2021

Il-President ta' Malta u s-Sinjura Vella temmew iż-żjara tagħhom f'Londra, fejn iltaqgħu mal-pazjenti Maltin li bħalissa qed jingħataw il-kura f'Londra.

Fil-preżent, hemm 25 pazjent Malti li qed jingħataw il-kura fi sptarijiet varji f'Londra.

Il-President u s-Sinjura Vella żaru l-appartamenti ta' Puttinu f'Sutton, kif ukoll ir-residenzi tas-Sorijiet Franġiskani u dawk Agostinjani.

Kemm il-pazjenti kif ukoll il-familjari tagħhom esprimew kliem ta' apprezzament għaż-żjara tal-President ta' Malta u s-Sinjura Vella u għall-għajnuna u l-appoġġ li jingħataw minn The Malta Community Chest Fund Foundation. Din l-għajnuna tikkonsisti f'dik finanzjarja biex jitħallsu l-vjaġġi, l-akkomodazzjoni, u anke l-ħlas ta' bżonnijiet bażiċi tal-familjari għall-perjodu ta' żmien li fih il-pazjenti jkunu f'Londra.

Min-naħa tiegħu, il-President George Vella fisser din iż-żjara bħala waħda b'bosta emozzjonijiet u stqarr li f'isem il-poplu Malti, japprezza l-ħidma li ssir minn The Malta Community Chest Fund Foundation flimkien mal-ħaddiema u s-sorijiet f'dawn ir-residenzi f'Londra.

Minbarra dan, il-President iltaqa' wkoll ma' diversi konsulenti Maltin li jaħdmu f'Londra li, permezz tal-impenn tagħhom, il-pazjenti Maltin jingħataw l-aqwa kura possibbli u tama għall-fejqan.

Il-President Vella żied jgħid li żjara bħal din issir fuq kollox bl-għan li l-pazjenti jagħrfu li mhumiex minsijin u lanqas waħedhom.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President u s-Sinjura Vella jżuru l-pazjenti Maltin u l-qraba tagħhom f’Londra
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President u s-Sinjura Vella jżuru l-pazjenti Maltin u l-qraba tagħhom f’Londra
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow