Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ftuħ uffiċjali ta’ wirja artistika b’risq id-Dar tal-Providenza, fil-Parlament ta’ Malta

pr212070
Date Icon 18/11/2021

L-Ispeaker Anġlu Farrugia lbieraħ inawgura wirja artistika b'risq id-Dar tal-Providenza, li qed tittella' fil-foyer tal-Parlament ta' Malta.

Fid-diskors tiegħu, l-Ispeaker faħħar lill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, Monsinjur Mikiel Azzopardi, li ddedika l-ħidma pastorali tiegħu għall-kura tal-morda u favur il-persuni b'diżabilità. L-Ispeaker semma li l-monsinjur kien għalliem, u xandar u farraġ lill-morda, lill-persuni b'diżabilità u lil qrabathom, filwaqt li kien jisħaq li l-persuni b'diżabilità għandhom jiksbu r-rispett li jixraqilhom u jingħataw l-għajnuna ħalli jkunu jistgħu jgħixu ħajja dinjituża.

L-Ispeaker żied li l-istorja tad-Dar tal-Providenza hi waħda ħajja. Għalkemm din hi ġrajja ta' 56 sena, aktar milli hi ġrajja tal-imgħoddi tagħna, din hi esperjenza tagħna bħala poplu u nazzjon. Il-poplu Malti u Għawdxi għandu qalb sensittiva għall-bżonnijiet ta' dawk li jeħtieġu l-għajnuna. Din il-kuxjenza favur is-solidarjetà soċjali tikber u tissaħħaħ, dment li lkoll kemm aħna nżommu d-Dar tal-Providenza bħala esperjenza ta' ħajjitna li permezz tagħha qed ngħinu lill-persuni b'diżabilità jgħixu b'dinjità.

L-Ispeaker Farrugia feraħ lid-Dar tal-Providenza għall-Premju Ċittadini Ewropej 2021 mogħti lilha mill-Parlament Ewropew, b'għarfien tal-kontribut siwi li tagħti lill-persuni b'diżabilità u għall-fatt li hi meqjusa xempju ta' valuri għonja f'Malta u fl-Ewropa.

Din il-wirja artistika b'risq id-Dar tal-Providenza se ddum miftuħa sas-26 ta' Diċembru 2021. Il-pubbliku jkun jista' jżur din il-wirja fil-Parlament ta' Malta, matul il-ġimgħa bejn id-9.00 ta' filgħodu u l-5.00 ta' filgħaxija u s-Sibtijiet u l-Ħdud bejn id-9.00 ta' filgħodu u n-nofsiegħa (12.30) ta' waranofsinhar. L-opri tal-arti ser jinbiegħu permezz ta' rkant li se jinżamm online. Għal aktar informazzjoni dwar dan l-irkant wieħed jista' jżur is-sit elettroniku tad-Dar tal-Providenza www.dtpauction.com kif ukoll www.belgraviaauctions.com.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ftuħ uffiċjali ta’ wirja artistika b’risq id-Dar tal-Providenza, fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ftuħ uffiċjali ta’ wirja artistika b’risq id-Dar tal-Providenza, fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ftuħ uffiċjali ta’ wirja artistika b’risq id-Dar tal-Providenza, fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ftuħ uffiċjali ta’ wirja artistika b’risq id-Dar tal-Providenza, fil-Parlament ta’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow