Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurat il-Qala Dog Park, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’Għawdex

pr212065
Date Icon 17/11/2021

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, fil-preżenza tal-Kunsill Lokali tal-Qala, inawgura l-Qala Dog Park, l-ewwel park tax-xorta tiegħu f'Għawdex b'valur ta' madwar €25,000 u ffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex.

Permezz tad-Direttorat EkoGħawdex li taħtu taqa' s-sezzjoni għall-Ħarsien tal-Annimali, il-Ministeru żviluppa parti minn Ġnien il-Familja f'park għall-klieb. Dan il-park jikkonsisti f'żewġ sezzjonijiet – parti li hija ddedikata għall-klieb żgħar u parti oħra li hija ddedikata għall-klieb kbar.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li, “L-iskop kien minn dejjem li jkollna post adattat għall-klieb sabiex dawn ikunu jistgħu jiġru u jagħmlu l-eżerċizzju f'dan is-sit. Stajna nżommu n-nefqa baxxa fuq dan il-park għax ħafna mix-xogħol sar mill-ħaddiema tal-gvern." Fil-fatt, huwa rringrazzja lill-ħaddiema kollha tax-xogħol siewi li għamlu.

Il-park ġie attrezzat b'diversi aċċessorji sabiex il-klieb ikunu jistgħu jagħmlu l-eżerċizzju tagħhom b'mod liberu, fosthom rampi, tunnels, ostakli, għadira żgħira u ċrieki fost affarijiet oħrajn. Il-park huwa mgħammar ukoll b'funtana tal-ilma tax-xorb għall-klieb.

Is-sidien għandhom ikunu dejjem responsabbli u jekk għandhom kelb li jafu li ma jmurx tajjeb ma' klieb oħra għandhom joqogħdu iktar kawti.

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-park huma mis-7 ta' filgħodu sas-7 ta' filgħaxija. Ir-regoli indikati fil-post għandhom jiġu osservati l-ħin kollu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurat il-Qala Dog Park, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurat il-Qala Dog Park, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurat il-Qala Dog Park, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’Għawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow