STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President se jżur pazjenti Maltin f’Londra
pr212056
16/11/2021
Il-President ta’ Malta, George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Vella se jkun qed iżur pazjenti Maltin li qed jingħataw il-kura f'Londra.
Matul iż-żjara ta’ erbat ijiem, il-President u s-Sinjura Vella se jiltaqgħu wkoll mal-qraba tal-pazjenti li bħalissa qed jibbenefikaw ukoll mill-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund Foundation (l-MCCFF).
Se jżuru l-appartamenti ta' Puttinu Cares u s-Sorijiet Franġiskani u Agostinjani li jospitawhom, filwaqt li se jiltaqgħu wkoll ma' wħud mill-kirurgi Maltin u barranin li għandhom taħt il-kura tagħhom il-pazjenti Maltin f'Londra.
Sakemm il-President ikun Londra, is-Sinjura Dolores Cristina se sservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261957
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261956