STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA
pr212055
16/11/2021
Mill-2017 'l hawn madwar 17-il mediċina ġdida għall-kanċer bdew jingħataw b'xejn.
Matul din il-leġiżlatura, bdew jiddaħħlu aktar mediċini tal-kanċer ġodda tal-ogħla livell fuq il-formularju tal-Gvern. S'issa diġà ddaħħlu madwar 17-il mediċina u 'l fuq minn 500 pazjent fis-sena qed jibbenefika minn dawn il-mediċini.
It-trattament, Pembrolizumab, ġie ċċertifikat mill-Awtorità Ewropea tal-Medċina (EMA) biex jintuża għall-kanċer tas-sider tat-tip triple negattiv fid-19 ta' Ottubru li għadda. Immedjatament il-Ministeru għas-Saħħa beda l-proċess biex ikun jista' jinkludi dan it-trattament għal dan it-tip ta' kanċer.
Other Press Releases:
PR261957
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261956