Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jindirizza konferenza fil-Jum Internazzjonali tat-Tolleranza

pr212053
Date Icon 15/11/2021

“Ejjew inkunu l-bidla u nibdew minn issa stess nagħtu prijorità lit-tolleranza u l-paċi f'kull deċiżjoni meħuda kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali."

Il-President ta' Malta qal dan waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tat-Tolleranza, organizzata mill-Kunsill Globali għat-Tolleranza u l-Paċi.

Id-diskussjoni matul il-konferenza ffukat fuq tliet temi importanti: l-edukazzjoni, il-kultura u l-midja. Il-President George Vella spjega li dan l-approċċ bi tliet partijiet jistrieħ fuq il-kunċett importanti ħafna fejn l-umanità titpoġġa fiċ-ċentru tal-isforzi kollettivi tagħna fil-qasam politiku, ekonomiku u soċjali.

Spjega li n-nuqqas ta' azzjoni globali serja biex tiġi indirizzata l-emerġenza umanitarja tal-persuni li qegħdin jaħarbu t-tibdil fil-klima u tan-numru li qiegħed dejjem jiżdied ta' persuni li jiġu mġiegħla jiċċaqilqu fi ħdan l-istess pajjiż kif ukoll il-migranti li jmorru f'żoni ġeografiċi iktar stabbli u produttivi, huwa inkwetanti.

Il-President Vella kompla jgħid li l-azzjoni kollettiva għandha tkun xprunata minn konvinzjoni qawwija fil-benefiċċji li niksbu meta nżommu l-paċi pożittiva bħala l-prinċipju ewlieni fil-livelli differenti kollha ta' azzjoni.

Huwa għalaq billi qal li neħtieġu rieda politika qawwija, impenn u oqfsa leġiżlattivi li jħarsu l-umanità u l-benesseri tal-iktar gruppi vulnerabbli u marġinalizzati fis-soċjetà.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jindirizza konferenza fil-Jum Internazzjonali tat-Tolleranza
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jindirizza konferenza fil-Jum Internazzjonali tat-Tolleranza
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jindirizza konferenza fil-Jum Internazzjonali tat-Tolleranza
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow