Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI: IPPUBBLIKAT L-ABBOZZ TAL-BAĠIT 2015

pr142374
Date Icon 16/10/2014

Fil-baġit għas-sena d-dieħla l-Gvern se jkompli jnaqqas id-defiċit tal-pajjiż filwaqt li jniżżel id-dejn għall-ewwel darba taħt is-70 fil-mija wara bosta snin.

Dawn huma l-elementi ewlenin li joħorġu mill-abbozz ta' baġit li l-Gvern Malti bagħat lill-Kummissjoni Ewropea skont ir-regoli Ewropej li daħlu fis-seħħ is-sena l-oħra.

L-abbozz juri stimi ta’ dħul u ħruġ li d-dettalji tagħhom se jingħataw fil-baġit meta jiġi ppreżentat fil-Parlament.

L-abbozz juri stimi ta’ dħul u ħruġ b’mod iddettaljat li juru li l-baġit huwa sostenibbli fuq medda ta’ tliet snin. L-abbozz tal-baġit juri li l-Gvern qed jimmira li jerġa’ jnaqqas id-defiċit għal 1.6 fil-mija għas-sena 2015 u d-dejn għal 69 fil-mija. Din se tkun l-ewwel darba f’bosta snin li d-dejn se jinżel taħt il-livell ta’ 70 fil-mija.

Ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku mistennija li tilħaq it-3.5 fil-mija f’termini reali, filwaqt li r-rata ta’ żieda fl-impjiegi tilħaq il-1.9 fil-mija. Ir-rata tal-qgħad fuq medja ta’ sena mistennija taqa’ għal 5.9 fil-mija.

Id-dokument hu aċċessibbli fuq is-sit tal-Ministeru għall-Finanzi -

http://mfin.gov.mt/en/Library/Pages/budgetary_plan_draft_2015.aspx

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow