Left arrow Mur Lura

INIZJATTIVA OĦRA FAVUR L-ANZJANITÀ ATTIVA

pr142372
Date Icon 16/10/2014

B’kollaborazzjoni mal-Gozo Tourism Association, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva nieda inizjattiva biex tħajjar lil-anzjani imorru erbat ijiem Għawdex, bi programm varjat u b’attivitajiet ta’ interess għall-anzjani. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li wara s-suċċess u l-interess li ntwera fl-inizjattivi tal-opri f’Għawdex, is-Segretarjat nieda din l-inizjattiva biex ikompli jsaħħah l-kunċett tal-Anzjanità Attiva, l-inklużjoni soċjali u jippromovi il-qasam kulturali lill-anzjani.


Is-Segretarju Parlamentari rringrazjat lil-Gozo Tourism Association tal-kollaborazzjoni għal din l-inizjattiva kif ukoll lil-lukandiera Għawdxin u sidien ta’ stabbilimenti f’Għawdex li qed jappoġġjaw dan il-programm. Hi faħħret il-mod professjonali ta’ kif ġie mħejji dan il-proġett li juri li l-messaġġ tas-Segretarjat immirat lejn kwalità ta’ ħajja tajba għall-anzjani qed jasal u jiġi appoġġjat.


Is-Sur Joe Muscat, Kap Eżekuttiv tal-Gozo Tourism Association, qal li dan huwa mod ta’ kif insaħħu t-turiżmu f’Għawdex, u huwa permezz ta’ dawn l-iskemi u programmi li wieħed jista’ iħeġġeġ iżjed Anzjani jiġu Għawdex. Is-Sur Joe Muscat irringrazzja lil Dr Justyne Caruana għal din l-inizjattiva b’risq Għawdex u awgura iktar ħidma u koperazzjoni magħha u mas-Segretarjat immexxi minnha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow