WHITE CANE SAFETY DAY
Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali magħruf bħala White Cane Safety Day, f’diversi pajjiżi madwar id-dinja isiru attivitajiet biex titqajjem kuxjenza dwar l-għajxien indipendenti tal-persuni neqsin mid-dawl. F’din l-okkażjoni jiġu ċċelebrati l-kisbiet tal-persuni nieqsa mid-dawl.
Għal din l-okkażjoni l-Malta Society for the Blind organizzat mixja fil-Belt li fiha pparteċipat ukoll il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca. Min-naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fi tmiem il-mixja laqgħet lill-membri tal-Malta Society for the Blind fil-bini tal-Ministeru u flimkien tkellmu dwar l-importanza tal-għarfien dwar kwistjonijiet relatati mal-persuni neqsin mid-dawl u kif ukoll dwar it-taħriġ li qed jingħata dwar l-għajxien indipendenti lill-persuni neqsin mid-dawl fic-ċentru l-ġdid SPERO.
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045