IL-MINISTRU HELENA DALLI TAGĦMEL ŻJARA FIL-BINI TAL-AĠENZIJA TAL-INFORMATIKA TAL-GVERN ‘MITA’ BĦALA PARTI MILL-MITA ROADSHOW
Dalgħodu l-Ministru għad-Djalogu Soċjali,Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Dr Helena Dalli żaret il-binital-Aġenzija tal-Informatika tal-Gvern ‘MITA’ f’Santa Venera.
Akkumpanjata miċ-Chairman, is-Sur TonySultana, il-Ministru Dalli ddawret mal-kumpless fejn l-aġenzija topera sistemata’ support help line fil-qasam tal-informatika lill-ministeri,dipartimenti u entitajiet tal-gvern, ambaxxati, skejjel, għases tal-pulizija ul-Isptar Mater Dei fost l-oħrajn.
Permezz ta’ tim ta’ madwar 24 persuna, il-MITAtoffri għajnuna fuq materji relatati mas-sistema tal-informatika tal-gvern sewfl-użu tal-email, siti elettroniċi tal-gvern u fl-użu ta’ apparatelettroniku tal-gvern.
Kien spjegat il-proċess li bih topera l-MITA fuqbażi ta’ 24 siegħa kuljum biex ikun assikurat li s-sistema tal-informatikatal-gvern tkun waħda effiċjenti u bla problemi f’kull ħin tal-ġurnata.
Intant, f’indirizz li għamlet aktar kmieni waqtl-ewwel MITA Roadshow għall-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministerugħad-Djalogu Soċjali, il-Ministru Helena Dalli semmiet kif l-aġenzija MITAgħandha r-rwol li timplimenta u twettaq il-programm tad-Digital MaltaNational ICT Strategy 2014-2020 taħt it-tmexxija tal-Uffiċċjutal-Prim Ministru.
Il-Ministru Dalli qalet li permezz tad-digitaloutreach programme, il-gvern irid jassigura li jqarreb liċ-ċittadin lejnl-użu tal-informatika fost l-oħrajn billi jingħata l-għodod u t-tagħrif meħtieġbiex ikun parti integrali mill-ħajja diġitali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045