Left arrow Mur Lura

MALTA FAVUR NEGOZJATI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI UNITI DWAR FTEHIM TRANS-ATLANTIKA TA' KUMMERĊ U TA' INVESTIMENT (TTIP)

pr142354
Date Icon 15/10/2014

Il-Ministrugħall-Ekonomija, Investiment u Intrarpriżi  Żgħar DrChris Cardona attenda għal laqgħa informali tal-Ministri tal-Kummerċ tal-UnjoniEwropea, li saret f’Ruma, li trattat il-fehim Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP),ir-relazzjonijiet mar-Russja u l-Ukrajna ul-Politika Kummerċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-MinistruCardona qalli Malta hija favur li l-KummissjoniEwropea tkompli bin-negozjati tagħha għal ftehim Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment. Dangħaliex huwa mistenni li ftehim ta’ danit-tip ikollul-potenzjal li jtejjeb il-kummerċ bejnl-Istati Membri tal-UE u l-Istati Uniti u għalhekk jistimula tkabbir ekonomikufiż-żewġ reġjuni.

Fl-istess waqt, il-Ministru Cardona, qal li Maltahija mħassba bin-nuqqas ta’ aċċessibbiltà li hemm għal dokumenti tal-IstatiUniti li huma importanti biex issir analisi sew tad-diskussjonijiet, kif ukolldwar il-pożizzjoni li qed tieħu l-Istati Uniti fis-settur marittimu,fl-avjazzjoni u l-gaming.

Dwar is-settur Marittimu, il-Ministru Cardonatkellem fuq il-ħtieġa li l-ftehim jistabilixxi numru ta’ obbligi bejn iż-żewġpartijiet, għaliex fis-sitwazzjoni li qegħdin fiha l-operaturi mill-UnjoniEwropea għandhom aċċess limitat għas-swieq fl-Istati Uniti.

Dr Chris Cardona qal ukoll li Malta tixtieq taraprogress fis-setturi tas-servizzi tat-trasport internazzjonali u fid-diskussjonijietdwar l-aspett regolatorju tas-servizzi finanzjarji għaliex iż-żewġ oqsma humaimportanti għall-ekonomji tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow