TWAQQIF TA’ ĊENTRU TA’ INFORMAZZJONI GĦAT-TURISTI FIN-NOFSINHAR TA’ MALTA
Beda l-proċess biex ikun hemm‘Tourist Information Office’ f’Marsaxlokk sas-Sajf li ġej’ – Ministrugħat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis
Waqt żjara f’ristorant lokali, f’Marsaxlokkil-Ministru għat-Turiżmu Dr Zammit Lewis qal li n-Nofsinhar ta’ Malta huwareġjun importanti ħafna għas-settur turistiku u li dan il-Gvern irid jiżguraesperjenza aktar ħolistika lit-turist illi jiġi jżurna u għal dan il-għan qedinkomplu ninvestu f’din iż-żona.
Il-Ministru għat-Turiżmu fakkar kif fix-xhur ligħaddew ħabbar inizjattivi sabiex nattiraw aktar turisti lejn dan ir-reġjunfosthom tnedija ta’ numru ta’ mixjiet rurali f’dawn iż-żoni. Danminnu nnifsu jżid il-possibbiltà ta’ infiq ta’ flus mit-turisti, żiedil-Ministru għat-Turiżmu u għalhekk ikun hemm benefiċċju ekonomiku mit-turiżmugħal din iż-żona. Apparti dan biex nżidu l-attrazzjoni fin-Nofsinhar ta’ Maltanedejna proġetti ta’ tisbiħ li saru permezz tal-fondi mill-Unjoni Ewropea,kompla jgħid Dr Zammit Lewis.
Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Zammit Lewis ħabbar lifix-xhur li ġejjin se jinfetaħ ċentru ta’ informazzjoni għat-turisti. Għal danil-proġett il-Ministeru għat-Turiżmu flimkien mall-Kunsill Lokali ta’Marsaxlokk qiegħdin jaħdmu biex dan iċ-ċentru sservi sabiex tingħatainformazzjoni dettaljata fuq in-Nofsinhar ta’ Malta biex niżguraw aktarinteress lejn dan ir-reġjun.
Il-Ministru għat-Turiżmu tenna li dan iċ-ċentru sejkun mgħammar b’differenza minħabba s-servizz speċjalizzat li se jkun jingħatau li se jkun lokalizzat fil-qalba ta’ Marsaxlokk, lokalita mogħnijab’attrazzjonijiet turistiċi illi wieħed ma jistax ma jżurhomx meta jkunf’pajjiżna.
Apparti dan, iċ-ċentru se jservi ta’ vetrina sabiexfiha wieħed ikun jista’ jara prodotti tipiċi u artiġjanat manifatturatfin-Nofsinhar ta’ Malta u b’hekk inkomplu inżidu l-għarfien u noħolquopportunitajiet ta’ qliegħ u diversifikazzjoni tal-industriji, żied jgħidil-Ministru għat-Turiżmu.
Il-fondi għal dan iċ-ċentru ġejjin mill-UnjoniEwropeja u se jkun id-disa’ ċentru li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se tkunqed topera. Bħalissa l-entitajiet ikkonċernati qegħdin fil-proċesstal-applikazzjoni. Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk beda l-proċess ta’applikazzjoni mal-MEPA u qed jimla’ l-appikazzjoni tal-Unjoni Ewropeab’assistenza u informazzjoni mingħand il-Ministeru għat-Turiżmu mit-taqsimatal-EUPD.
Dan iċ-ċentru mistenni jiftaħ il-bibien tiegħuqabel is-sajf li ġej fejn hawnhekk se nibdew paġna ġdida fejn naraw aktarinvestiment fis-settur turistiku fin-Nofsinhar ta’ Malta kif ukoll pjan aktariffukat sabiex naraw illi dan ir-reġjun jingħata l-importanza illi tistħoqqlu,temm jgħid il-Ministru għat-Turiżmu.
Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewisferraħ lill-Pizzerija ġdida, Giardino Mediterraneo f’Marsaxlokk li ftittal-ġimgħat ilu rebħet l-ewwel post f’kompetizzjoni f’Ruma għall-aqwa pizza fis-sezzjoniinternazzjonali minn fost 361 parteċipant.
Il-Ministru għat-Turiżmu ppreżenta għotja kommemorattivalil Veronica Azzaro, l-Pizzara li rebħet dan l-unur f’isemGiardino Mediterraneo.
Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemmpreżenti wkoll iċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta Silvio Parnis u is-Sindku ta’Marsaxlokk il-Perit Edric Micallef.
Stqarrijiet Oħra:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045