LAQGĦA TA’ DJALOGU BEJN IL-PRIM MINISTRU DR JOSEPH MUSCAT U L-KAMRA TAL-KUMMERĊ, INTRAPRIŻA U INDUSTRIJA TA’ MALTA
Ir-roħs fil-kontijiet tal-enerġija, il-ħolqien ta’inċentivi sabiex ikun hemm iktar pensjonijiet privati u l-problema tat-traffikukienu l-qofol ta’ diskors li il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel f’laqgħa ma’membri tal-Kamra tal-Kummerċ.
Dr Muscat ikkonferma dak li kien imwiegħed, lil-kontijiet tal-enerġija se jorħsu bi 25% għan-negozji kollha. Malta diġàqed taħsad mir-roħs tal-kontijiet għall-individwi għax dan wassal għall-iktarflus fl-idejn. Dr Muscat għamilha ċara li dan ir-roħs mhuwiex każ fejnil-Gvern qed jieħu flus minn proġett sabiex isostni dawn il-miri, dan ir-roħshu wieħed li jżomm waħdu u jwassal għall-iktar tkabbir ekonomiku. Ir-roħsfil-kontijiet tal-enerġija għan-negozji, li se jseħħ minn Marzu 2015, sejagħmel in-negozji Maltin iktar kompettitivi fis-suq internazzjonali. Il-Prim Ministru qal ikoll li l-prezz tal-fuel se jkun kostanti. B’hekk in-negozji jistgħu jagħmlu pjanijiet iktar fit-tul u jkun hemm stabilitàkontinwa.
Il-Prim Ministru sostna li mgħandux ikun hemmdelużjoni, għax dan iwassal għal falliment. Lanqas mgħandu wieħedjikkunsidra l-istatistiċi ta’ xahar wieħed mingħajr ma jgħarbel dawk ta’ xhuroħrajn – dawn iċ-ċifri huma volatili. Madankollu ta’ min niftakru liMalta qegħda l-ewwel fl-Ewropa fejn jidħol ħolqien ta’ impjieg. Dr Muscatqal ukoll li Malta qegħda tagħmel dan kollu filwaqt li żżomm mat-Trattat ta’Maastricht. Pajjiżna mhux wieħed minn dawk li qed iwaħħal fl-Ewropa ulanqas mhu qed jilmenta fuq limiti ekonomiċi. Anzi, it-taxxi u d-defiċit,it-tnejn qed jonqsu.
It-tnaqqis kontinwu fid-defiċit se jkun emfasizzatfil-Baġit li ġej. F’dan il-Baġit se jkun hemm enfasi kbira fuq żewġaffarijiet: it-tnaqqis fid-dipendenza, u t-tħeġġiġ ta’ aktar Public PrivatePartnerships. Dan il-Gvern se jkompli jgħin lil dawk fil-bżonn,madankollu se jaħdem bi sħiħ biex iwaqqaf kull tip ta’ abbuż. Il-Baġit lijmiss se jelenka wkoll numru kbir ta’ proġetti li se jkunu Public PrivatePartnerships. In-negozji jafu kemm hu tajjeb li jilqgħu l-istedinagħal dawn il-partnerships. L-Environmental LandscapesConsortium huwa xempju ta’ dawn, madankollu huwa importanti li jkun hemmiktar proġetti ta’ dan it-tip.
Dr Muscat tkellem fuq l-isfida kbira tat-traffiku,li mhijiex perċezzjoni, iżda waħda reali. Il-problema tat-traffikubħalissa hija riżultat tal-proġetti kbar li hemm għaddejja, speċjalment dawkfil-Kappara, ħdejn l-Addolorata u fi Triq il-Kosta. Madankollu,il-ħolqien tat-traffiku ma jistax ikun ir-raġuni għalfejn ma jsirux proġetti ulanqas mgħandu jkun hemm ħsieb li t-traffiku jista’ jisparixxi. Xortawaħda, dan il-Gvern jemmen li t-traffiku jista’ jonqos jekk ikun hemmil-possibiltà ta’ servizzi oħra ta’ trasport.
Il-Prim Ministru ta’ Malta għalaq id-diskorstiegħu billi esprima b’sodisfazzjoni l-approvazzjoni unanima parlamentarigħat-Tielet Pilastru tal-Pensjoni. Dr Muscat jinsisti li għalissal-parteċipazzjoni f’skema ta’ din it-tip għandha tkun voluntarja u mhux ta’bilfors. Hu jaħseb ukoll li għalkemm għandu jkun hemm aktar inċentivi,għalissa għandu jkun hemm analiżi ta’ kif is-suq jirreaġixxi għal dawnl-inċentivi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045