IL-MINISTRU BRINCAT JINTERVJENI F'KONFERENZA GLOBALI MIFTUĦA MILL-PRIM MINISTRU TAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA U S-SEGRETARJU ĠENERALI TAN-NAZZJONIJIET MAGĦQUDA
pr142349
15/10/2014
Il-bijodiversita' u l-ekosistemi huma essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda tal-iżvilupp sostenibbli.
Dan għandu jkun rifless fil-miri kollha tal-bijodiversita' li jistgħu jkunu ta' relevanza.
Dan qalu llum il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat, meta kien qed jintervjeni fis-sessjoni plenarja tal-konferenza globali dwar l-iżvilupp sostenibbli li tmexxiet mill-Ministru Messikan tal-Ambjent Juan Jose' Guerra Abud.
Il-Ministru Brincat aktar kmieni ħa sehem f'laqgħa ta' ko-ordinament tal-Ministri Ewropej dwar it-tema Bijodiversita' għall-Iżvilupp Sostenibbli li nżammet f'Pyeongchang.
Stqarrijiet Oħra:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045