Left arrow Mur Lura

ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN TA’ MALTA

pr142344mt
Date Icon 14/10/2014

L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta’ €40,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €35,000,000 kif ġej:-

(i) 4.1% Stock tal-Gvern ta' Malta 2034 (I) Fungibility Issue, u

(ii) Stock tal-Gvern ta’ Malta 2020 (VI) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur + 75 basis points (bps), jew

(iii) f’ammonti miż-żewġ Stocks b’valur nominali flimkien ta’ €40,000,000.

L-applikazzjonijiet magħmulin f’offerti b’irkant għal minimu ta’ €250,000 u multipli ta’ €50,000 kull waħda jiftħu l-Ħamis 23 ta’ Ottubru, 2014 fit-8.30 a.m. u jagħlqu l-Ġimgħa 24 ta’ Ottubru, 2014 f’nofsinhar, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintefgħu fil-Kaxxa tal-Offerti tat-Teżor, il-Furjana jew jintbagħtu fuq fax 2596 7210 jew permezz ta’ e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni.

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull stock jiġi determinat u mħabbar lill-applikanti sa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu mingħand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment, jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit tat-Teżor. 

L-Accountant General ser iħabbar linji gwida indikattivi dwar l-ipprezzar  tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta bir-rata ta’ mgħax fissa permezz ta’ Stqarrija għall-istampa li tiġi ppubblikata nhar l-Erbgħa 22 ta’ Ottubru, 2014,  li tkun tikkonsisti f’firxa indikattiva ta’ spreads fuq ir-rata tal- euro mid-swap li tirrifletti b’mod wiesa’ l-kundizzjonijjiet fis-suq sekondarju tal-istock tal-4.1% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2034 (I).

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett relattiv li jista’ jitniżżel minn fuq is-sit tat-Teżor www.treasury.gov.mtwww.treasury.gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow