STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA
Il-Gvern jilqa’, mingħajr ebda problema, dibattitu parlamentari dwar is-settur tal-enerġija u l-qalba għall-gass li se jagħmel pajjiżna.
It-talba tal-Oppożizzjoni saret wara li l-Gvern kien diġà ħabbar li se jagħmel stqarrija ministerjali dwar l-istess suġġett fejn l-Oppożizzjoni kien se jkollha kull ċans tressaq kwalunkwe domanda.
Minflok din l-istqarrija, bl-aktar mod trasparenti, l-Gvern se jkun issa qed isejjaħ dibattitu l-ġimgħa d-dieħla stess fejn jingħataw id-dettalji kollha tal-ħidma li qed issir favur kontijiet orħos u arja aktar nadifa.
Fis-settur tal-enerġija, dan il-Gvern se jibqa’ iżomm kelmtu li jsaħħaħ l-Enemalta, jelimina l-użu tal-heavy fuel oil mill-ġenerazzjoni tal-elettriku, u jnaqqas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għan-negozji f’Marzu li ġej, kif għamel f’Marzu li għadda għall-familji.
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045