STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI
Wara proċess ta’ konsultazzjoni dwar id-dati tal-elezzjonijiet lokali, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Dr Owen Bonnici ħabbar li l-Gvern iddeċieda li l-aħjar triq fejn jidħlu l-elezzjonijiet lokali hija li tal-2015 isiru, filwaqt li l-elezzjonijiet lokali tas-sena 2017 ma jsirux u jsiru sentejn wara.
B’hekk, b’effett mill-2019, l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali se jibdew isiru lkoll f’ġurnata waħda flimkien mal-elezzjonijiet għall-Membri Parlamentari Ewropej. Skont il-Ministru Bonnici, din id-deċiżjoni se ssaħħaħ id-demokrazija lokali.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-Gvern nieda proċess ta’ konsultazzjoni, b’għadd ta’ laqgħat mal-istakeholders ewlenin kif ukoll permezz ta’ indirizz elettroniku fejn il-pubbliku wassal ukoll l-ideat tiegħu.
Il-Ministru Owen Bonnici spjega li kien hemm prattikament qbil across the board li l-elezzjonijiet lokali għandhom isiru kull ħames snin. Kien hemm imbagħad dibattitu fuq kif wieħed se jasal għal dan.
B’hekk, ittieħdet id-deċiżjoni li l-elezzjonijiet lokali tal-2015 isiru filwaqt li mis-sena 2019 ‘il quddiem jibdew isiru kull ħames snin. B’dan il-mod, aparti li tonqos l-electoral fatigue, il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jippjanaw aħjar, fosthom billi jieħdu l-frott tal-fondi Ewropej għall-proġetti li jkunu applikaw għalihom, u aktar nies joħorġu jivvutaw u għalhekk ikun hemm rappreżentanza aktar xierqa fil-kommunitajiet tagħna.
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045