Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU BRINCAT JIEĦU SEHEM F’KONFERENZA DINJIJA DWAR IL-BIJODIVERSITÀ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI FIL-KOREA TA’ ISFEL

pr142332
Date Icon 13/10/2014

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat, qed jieħu sehem f’konferenza dinjija dwar il-bijodiversità u l-iżvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Magħquda ġewwa Pyeongchang fil-Korea ta’ Isfel, li għaliha mistennija jattendu ftit anqas minn 20,000 delegat minn madwar il-kontinenti kollha.

Huwa ġie mitlub ukoll mill-organizzaturi biex jagħmel preżentazzjoni fil-laqgħa plenarja u jintroduċi d-diskussjoni dwar waħda mill-ħames temi ewlenin tal-konferenza: Nature based Solutions to Global Challenges - Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-Natura għall-Isfidi Globali.

Il-Ministru Brincat kien ħa wkoll sehem attiv fil-laqgħa ministerjali tal-Unjoni Ewropea ta’ tħejjija għal dan is-summit li nżammet ftit jiem ilu ġewwa Brussels fuq inizjattiva tal-Kunsill Ewropew taħt il-Presidenza Taljana tal-Unjoni Ewropea.

Fost it-temi l-oħrajn li se jiġu diskussi hemm l-integrazzjoni tal-bijodiversità mas-Sustainable Development Goals tan-Nazzjonijiet Magħquda u mal-Post 2015 Agenda; is-sehem tal-bijodiversità fl-istrateġija għall-qerda tal-faqar fil-pjani lokali u nazzjonali kif ukoll - il-bijodiversità, it-tibdil tal-klima u l-ekonomija kreattiva.

Huwa mistenni li fi tmiem tas-summit id-delegati jkunu mistiedna jaddottaw l-hekk imsejħa Gangwon Declaration li permezz tagħha għandha tingħata ħarsa l-quddiem fl-implimentazzjoni tal-istrateġija globali dwar il-bijodiversità 2011-2020 li bħalissa tinsab nofs triq.

Il-Ministru Brincat mistenni jkollu wkoll għadd ta’ laqgħat bilaterali ma’ kapijiet tad-delegazzjoni preżenti. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow