Left arrow Go Back

IŻ-ŻIEDA TA’ TURIŻMU INTERN LEJN GĦAWDEX TFISSER AKTAR XOGĦOL GĦALL-GĦAWDXIN F’GĦAWDEX

pr142329
Date Icon 13/10/2014

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis jilqa’ b’sodisfazzjon iċ-ċifri mħabbra dalgħodu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika rigward it-Trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex fit-tielet kwart ta’ din is-sena.

Bejn Lulju u Settembru 2014 qasmu mal-1,499,734 passiġġier bejn Malta u Għawdex. Dan ifisser żieda ta’ 6.5% fil-passiġġieri li qasmu bejn il-Gżejjer meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena l-oħra.  F’Awwissu biss kien hemm żieda ta’ kważi 9% fil-passiġġieri li qasmu lejn Għawdex meta mqabbel ma’ Awwissu tal-2013.  It-tkabbir fl-ammont ta’ persuni li qasmu bejn Malta u Għawdex bil-baħar fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, kien kważi ta’ 7%.

Il-Ministru jinnota bi pjaċir li dawn it-tliet xhur tas-sajf li għaddew irreġistraw rekord ta’ numru ta’ passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex u l-istess jista’ jingħad partikolarment għax-xahar ta’ Awwissu.  Awwissu 2014 ra l-akbar ammont ta’ passiġġieri li qasmu lejn Għawdex sa minn qabel is-sena tar-riċessjoni.

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis b’sodisfazzjon jissottolinja dawn iċ-ċifri pożittivi li qed jiġu rreġistrati fin-numru ta’ passiġġieri li qed jaqsmu lejn Għawdex.  Dan ikompli jsaħħaħ l-importanza tat-turiżmu domestiku, fejn ħafna familji Maltin jagħżlu li jqattgħu l-jiem ta’ vaganzi tagħhom ġewwa Għawdex.  Il-Gvern huwa impenjat li jkompli jsostni u jħeġġeġ titjib fil-prodott turistiku Għawdxi sabiex ikompli jiżviluppa u jikber is-settur turistiku f’Għawdex, kemm dak domestiku u kemm dak barrani, biex b’hekk ikompli jitkattar il-ġid fl-ekonomjia Għawdxija u jitkattru l-impjiegi ta’ kwalità.  B’hekk titkompla titwettaq il-wegħda elettorali ta’ dan il-Gvern ta xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin, temm jgħid il-Ministru Dr Edward Zammit Lewis.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow