Left arrow Go Back

15-IL PERIT ĠDID JINGĦATAW IL-WARRANT

pr142326
Date Icon 13/10/2014

Dalgħodu, 15-il perit ingħataw il-warrant mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi li permezz tiegħu, jistgħu jibdew jeżerċitaw din il-professjoni.

F’ċerimonja li saret fil-preżenza tal-ġenituri tagħhom, il-Ministru kellu kliem ta’ tifħir lejn dawn iż-żgħażagħ, li llum qed jaraw frott is-sagriffiċji kollha li għamlu matul l-istudji tagħhom.

Il-Ministru rringrazzja mhux biss lilhom, li permezz tagħhom il-pajjiż se jkollu aktar nies professjonali, iżda anke lill-ġenituri tagħhom li wkoll għamlu sagriffiċji biex jaraw lil uliedhom jilħqu s’hawn.

Il-Ministru appella lill-periti biex joffru s-servizzi tagħhom b’impenn u dedikazzjoni daqslikieku qed jagħmlu biċċa xogħol għalihom infushom u b’hekk ikunu qed jibżgħu mhux biss għall-klijenti iżda wkoll għall-impjieg tagħhom u għas-soċjeta li jgħixu fiha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow