Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, MICHAEL FALZON, JIPPARTEĊIPA FIS-75TH SESSION OF THE COMMITTEE ON HOUSING AND LAND MANAGEMENT, TAL-UNITED NATIONS, F’GENEVA

pr142324
Date Icon 13/10/2014
Waqt li kien qed jagħti rendikont dwar is-sitwazzjoni ta’ pajjiżna, l-Avukat Falzon beda l-intervent tiegħu billi qal li l-għan prinċipali tal-Gvern Malti huwa dak li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti; kemm mill-aspett soċjali, dak ekonomiku, iżda fuq kollox, ambjentali. Kien għalhekk illi dan il-Gvern identifika l-bżonn sabiex ikun hemm stabbiltà ekonomika u żvilupp sostenibbli.  Dan il-Gvern irid jimxi lejn ekonomija innovattiva, bbażata fuq aktar informazzjoni, riżorsi aktar ambjentali u effiċjenti, u fuq kollox, soċjetà aktar inklussiva bbażata fuq aktar servizzi.
Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li dan il-pjan għandu jwassal ghal aktar prosperità ekonomika, ambjent aktar sostenibbli u għal aktar żvilupp soċjali, li għandhom jgħinu lil pajjiżna jilqa’ aħjar għal l-isfidi tal-futur.  Dan il-pjan jiddependi fuq strateġija ħolistika rigward ġenerazzjoni u konsum ta’ enerġija, sostenibbiltà tat-trasport, effiċjenza għall-użu tal-ilma u immaniġġjar aħjar tal-iskart, fost oħrajn.  Dan dejjem fid-dawl tal-preservazzjoni tal-ambjent u żvilupp sostenibbli.
Inkwantu għall-użu aħjar tal-art u l-Housing, l-Avukat Falzon spjega kif il-Gvern Malti telaq mill-ewwel fuq pjan ġdid bl-introduzzjoni tal-iSPED (Strategic Plan for Environment and Development).  Dan id-dokument jirregola s-sostenibbiltà tal-użu tal-art u l-baħar tagħna u jidentifika pjan li finalment għandu jwassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd.
L-Avukat Falzon żied billi qal li dan il-pjan huwa komplimentari għal program tal-Unjoni Ewropea 2014-2020, u f’dan il-kuntest ukoll il-Gvern għandu pjan li jindirizza b’mod ħolistiku partijiet minn Malta speċjalment fin-nofsinhar tal-pajjiż billi jirriġenera l-kommunitajiet li jgħixu f’dawn iż-żoni.
Huwa kkonkluda billi qal li l-Gvern Malti huwa kommess serjament li jilħaq l-oġġettivi soċjali sabiex ikun hawn kwalità ta’ ħajja aħjar u soċjetà aktar inklussiva għal kulħadd.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow