Left arrow Mur Lura

IT-TIENI STĦARRIĠ EWROPEW DWAR IS-SAĦĦA 2014

pr142322
Date Icon 12/10/2014

Id-Diviżjoni tas-Saħħa se tniedi it-tieni Stħarriġ Ewropew Dwar is-Saħħa (EHIS) f'Malta u Għawdex bil-kuntatti ppjanati jibdew din il-ħarifa, f’nofs Ottubru fuq perjodu ta' tliet xhur. Dan l-istħarriġ se jsir mid-Direttorat ta’ l-Informazzjoni fuq is-Saħħa u r-Riċerka, fi ħdan il-Dipartiment għas-Saħħa. Stħarriġ dwar is-saħħa huwa maħsub biex jikseb informazzjoni prezzjuża dwar is-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi li ma jinkisibx mill-informazzjoni miġbura  minn sorsi oħrajn. Il-Dipartiment għas-Saħħa jixtieq jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni f'dan l-istħarriġ li se jipprovdi informazzjoni li jgħin biex jiġi żgurat li s-servizzi tas-saħħa huma mfassla biex jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet attwali tal-kura tas-saħħa.
 L-EHIS qed jiġi implimentat skont ir-rekwiżiti legali kif stipulat mill-Kummissjoni Ewropea. Matul l-istħarriġ, l-informazzjoni dwar aspetti diversi tas-saħħa se jinġabru sistematikament permezz ta' intervista wiċċ imb'wiċċ (mingħajr eżami mediku) f'kampjun rappreżentattiv ta' 6,200 individwi ta’ eta ta’ 15-il sena il-fuq, residenti f'Malta jew Għawdex. L-individwi magħżula se jirċievu ittra, ġentilment tistedinhom sabiex jipparteċipaw fl-istħarriġ. Wara dan, dawn l-individwi se jirċievu telefonata minn intervistaturi awtorizzati sabiex jirranġaw appuntament għall-intervista f’ħin komdu għall-intervistat. Ittieħdu il-passi kollha biex jiġi assigurat l-ogħla livell ta’ kunfidenzjalità matul il-proċess kollu tal-istħarriġ.
L-istħarriġ se jiġbor informazzjoni relatata mas-saħħa u l-benesseri tal-popolazzjoni inkluż saħħa dentali, fiżika u mentali, kemm persuna hija twila kif ukoll l-piż tagħha, u fatturi oħra bħal informazzjoni fuq xi limitazzjonijiet fiżiċi, servizzi ta’ kura tas-saħħa u l-mediċini li jużaw, u l-istil ta’ ħajja  (per eżempju dieta, eżerċizzju fiżiku, it-tipjip u l-alkoħol).
L-informazzjoni se tinġabar permezz ta’ żewġ kwestjonarji. L-ewwel kwestjonarju għandu jiġi komplut permezz ta’ intervista wiċċ imb'wiċċ, u t-tieni kwestjonarju qasir, li jitratta argumenti kemmxejn aktar sensittivi, għandu jimtela mill-intervistat. Kwestjonarji huma disponibbli kemm bil-Malti u bl-Ingliż għall-konvenjenza tal-intervistat.
Wieħed mill-għanijiet ta' dan l-istħarriġ huwa li joffri stampa wiesa’ u ċara dwar l-istat tas-saħħa tal-popolazzjoni u jippermetti l-għażla ta' prijoritajiet f’dik li politika dwar is-saħħa. Il-valur miżjud tal-iStħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa huwa li dan huwa stħarriġ li jsir bl-istess mod fl-iStati Membri kollha ta’ l-Unjoni Ewropeja u allura, l-komparabilità fost l-Istati Membri hija għolja ħafna.  Appart minn dan, l-implimentazzjoni tiegħu hija mistennija li tkun regolari kif stipulat mil-liġi Ewropeja.  Dan jippermetti li bidliet fix-xejriet tas-saħħa tal-popolazzjoni Maltija u l-effetti ta’ programmi u politika tas-saħħa jiġu segwiti. Barra minn hekk, dan jiffaċilita’ paraguni bejn il-pajjiżi ta’ l-Istati Membri, biex b'hekk jiġu identifikati kwistjonijiet li huma partikolari għal Malta.  Għaldaqstant, dan l-istħarriġ tas-saħħa jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika tas-saħħa b'informazzjoni relevanti li jippermettilhom li jagħmlu deċiżjonijiet aktar ibbażati fuq l-evidenza fil-qasam tas-saħħa pubblika.

L-individwi kkuntattjati huma mħeġġa sabiex jipparteċipaw, peress li dawk li ma jieħdux sehem ma jistgħux jiġu sostitwiti. Ir-riżultati tal-istħarriġ ikunu tajba u rilevanti daqs kemm tkun tajba l-parteċipazzjoni ta’ l-individwi magħżula.
Għal aktar informazzjoni dwar l-Istħarriġ Ewropew Dwar is-Saħħa tista’ z-żur il-websajt: www.healthsurveys.gov.mt jew tikkuntattja lid-Direttorat ta’ l-Informazzjoni fuq is-Saħħa u r-Riċerka fuq 25599000 jew healthinfo@gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow