Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ

pr142318
Date Icon 11/10/2014

Is-Segretarjat jixtieq jiċċara kif il-qlugħ ta' siġar li jagħmlu parti mill-pjazza ewlenija tar-Rabat Għawdex (it-Tokk) u li sar referenza għalihom fl-istqarrija tal-għaqda Flimkien għall-Ambjent Aħjar ma jagħmlux parti min-nefqa tal-proġett ta’ tisbiħ li huwa ppjanat fl-istess pjazza u li se jkun iffinanzjat minn Fondi Ewropej.

Aktar minn hekk, il-proġett u l-Fondi Ewropej allokati, huma suġġett għal permess meħtieġ mill-MEPA. Is-Segretarjat jinsab ukoll infurmat li dan il-permess ġie rrifjutat mill-Awtorità. Jidher li l-Kunsill Lokali qed jappella minn din id-deċiżjoni.

Is-Segretarjat huwa kommess li proġetti li jsiru permezz ta' Fondi Ewropej, ma jkollhom ebda impatt negattiv fuq l-ambjent. Il-Gvern huwa kommess li jibqa’ jassigura  l-aħjar  użu ta’ dawn il-fondi speċjalment f’dan il-perjodu meta qed jiġu konklużi ħafna mill-proġetti li ġew iffinanzjati mill-programm 2007-2013.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow