STQARRIJA MAĦRUĠA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ
Is-Segretarjat jixtieq jiċċara kif il-qlugħ ta' siġar li jagħmlu parti mill-pjazza ewlenija tar-Rabat Għawdex (it-Tokk) u li sar referenza għalihom fl-istqarrija tal-għaqda Flimkien għall-Ambjent Aħjar ma jagħmlux parti min-nefqa tal-proġett ta’ tisbiħ li huwa ppjanat fl-istess pjazza u li se jkun iffinanzjat minn Fondi Ewropej.
Aktar minn hekk, il-proġett u l-Fondi Ewropej allokati, huma suġġett għal permess meħtieġ mill-MEPA. Is-Segretarjat jinsab ukoll infurmat li dan il-permess ġie rrifjutat mill-Awtorità. Jidher li l-Kunsill Lokali qed jappella minn din id-deċiżjoni.
Is-Segretarjat huwa kommess li proġetti li jsiru permezz ta' Fondi Ewropej, ma jkollhom ebda impatt negattiv fuq l-ambjent. Il-Gvern huwa kommess li jibqa’ jassigura l-aħjar użu ta’ dawn il-fondi speċjalment f’dan il-perjodu meta qed jiġu konklużi ħafna mill-proġetti li ġew iffinanzjati mill-programm 2007-2013.
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045