Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI

pr142308
Date Icon 10/10/2014

B’referenza għar-rappurtaġġ f’diversi mezzi tax-xandir dwar il-proċeduri ġudizzjarji għall-estradizzjoni ta’ Sebastiano Brunno, il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jrid jispeċifika li t-talba għall-estradizzjoni, mill-prosekuzzjoni waslet għall-ewwel darba għand il-Ministeru dalgħodu fl-10.30 am.

Il-Ministeru huwa infurmat li f’każijiet bħal dawn, il-prosekuzzjoni titlob lill-Qorti perjodu qasir ta’ ġranet li fih titlob l-awtorizzazzjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja skont il-liġi, u hekk għamlet ukoll f’dan il-każ.

Il-Ministru Bonnici, li  bħalissa jinsab impenjat f’laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu, se jkun qed jieħu konjizzjoni ta’ din it-talba urġentement sabiex il-proċess fil-Qorti jimxi bi speditezza, kif isir f’kull każ ta’ estradizzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow