Left arrow Mur Lura

IR-ROĦS FIL-KONTIJIET TAL-ENERĠIJA GĦALL-KUMPANIJI SE JAGĦTIHOM IKTAR NIFS U KOMPETITTIVITÀ

pr142307
Date Icon 10/10/2014

Ir-roħs ta’ 25% fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-kumpaniji f’Marzu se ġej se jagħti aktar spazju, nifs u kompetittività lill-kumpaniji Maltin. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal dan meta żar il-fabbrika tal-kumpanija De La Rue f’Bulebel li ilha f’Malta għal dawn l-aħħar 40 sena fejn iltaqa’ mal-ħaddiema.

Dr Muscat qal li l-familji Maltin diġà gawdew minn dan ir-roħs matul din is-sena u l-ħajja ma għolietx daqskemm togħla s-soltu u b’hekk bdejna nikkonvergu ma’ dak li jiġri fil-pajjiżi Ewropej. Il-pjan tal-gvern fil-qasam tal-enerġija huwa wieħed ħolistiku. 

Il-Prim Ministru qal li hemm djalogu kontinwu mat-tmexxija tal-kumpanija biex ma jkunx hemm sorpriżi u l-kumpanija tibqa’ għaddejja kif għamlet matul is-snin. Huwa qal li l-lealtà tal-ħaddiema Maltin tattira ħafna l-investituri barranin u dan bil-kontra ta’ dak li jiġri f’pajjiżi oħrajn.

Meta mistoqsi mill-ġurnalisti dwar l-inċentivi tal-gvern għal min għandu jew jitħajjar ikollu pensjoni privata, il-Prim Ministru qal li l-gvern irid jinċentiva lin-nies. Il-gvern huwa kommess li s-sistema tas-saħħa f’Malta tibqa’ b’xejn.

Rigward ir-riżultati dwar Malta fl-istħarriġ tal-Ernst and Young, il-Prim Ministru qal li l-indikazzjonijiet huma pożittivi ħafna u hemm issues li mhux se nagħlqu għajnejna għalihom.

Meta mistoqsi dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali, il-Prim Ministru qal li fil-jiem li ġejjin se jiġi kkomunikat il-punt ta’ konverġenza kważi totali li wasalna għaliha wara diskussjoni mal-istakeholders kollha dwar x’għandu jsir bejn issa u l-2019

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow