Left arrow Go Back

L EWWEL SKEMI FAVUR AKTAR IMPJEGABILITÀ FIL-ĠIMGĦAT LI ĠEJJIN

pr142306mt
Date Icon 10/10/2014

“L-ewwel skemi  favur aktar impjegabilità huma maħsuba li jiġu mħabbra fil-ġimgħat li ġejjin bil-għan li tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel bejn il-programm li qed jingħalaq u dak ġdid.” Dan qalu is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Fondi Ewropej  Ian Borg waqt il-Laqgħa Informali tal-Ministri responsabbli mill-Politka ta’ Koezjoni ġewwa Milan illum 10 ta’ Ottubru 2014. 

Il-laqgħa kienet preseduta minn Graziano Delrio – Segretarju tal-istat tal-Presidenza Taljana għal Kunsill tal-Ministri.  Il-laqgħa kienet ukoll indirizzata mill-Kummissarju responsabbli mill-Politika Reġjonali Johannes Hahn kif ukoll minn Younous Omarjee Viċi-President tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar l-Iżvilupp Reġjonali.  L-għan ta’ din il-laqgħa kien li tiġi diskussa r-rabta bejn il-Politika ta’ Koezjoni u l-governanza ekonomika u kif dawn jistgħu jikkumplimentaw lil xulxin bil-għan li jitkattar t-tkabbir ekonomiku u jiżdiedu l-impjiegi.

Matul il-laqgħa, il-Kummissarju Johannes Hahn ta ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-Partnership Agreements u spjega kif il-kumplament se jkunu qed jiġu konklużi fil-futur qarib.

Fl-intervent tiegħu, Dr. Borg qal illi r-rabta bejn il-politika ta’ Koezjoni u l-governanza ekonomika tista’ effettivament twassal għat-tisħiħ tal-ambjent soċjo-ekonomiku kif ukoll lejn ambjent tan-negozju li jkun aktar favorevoli fil-konfront tal-investiment privat.  Huwa saħaq kemm huwa importanti li l-Unjoni Ewropea tibgħat messaġġ b’saħħtu li jagħti aktar kunfidenza lill-operaturi ekonomiċi, speċjalment lill-intrapriżi tad-daqs żgħir u medju bil-għan li jiġi kkreat ambjent għan-negozju li jippermetti lill-operaturi fis-settur li jkomplu jirnexxu u jikbru fi ħdan ambjent ekonomiku u finanzjajru  stabbli.

Dr. Borg spjega ukoll kif fir-rigward tal-Fondi Ewropej 2014-20, il-gvern qiegħed preżentament jiffoka l-isforzi kollha tiegħu sabiex jiffinalizza il-programmazzjoni kif ukoll il-fażijiet ta’ prijorità sabiex sussegwentament ikun jista’ jiffoka fuq l-implimentazzjoni. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow