Left arrow Mur Lura

ID-DELEGAZZJONI PARLAMENTARI MALTIJA TKOMPLI BIL-ĦIDMA TAGĦHA FIS-60 KONFERENZA TAL-COMMONWEALTH PARLIAMENTARY ASSOCIATION

pr142305
Date Icon 09/10/2014

Illum kompliet tiltaqa’ is-60 Konferenza tal-Commonwealth  Parliamentary Association f’Yaoundè fil-Cameroon li għaliha attendew Carmelo Abela, David Agius u Anthony Agius Decelis, immexxija mill-iSpeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia.

Fost id-diversi temi li kellha fuq l-aġenda l-Assemblea Ġenerali kien hemm l-approvazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni li jkun hemm Chairperson li jirrappreżenta lill-pajjiżi ż-żgħar fuq l-Eżekuttiv. Din ir-rakkomandazzjoni kellha s-sapport ta’ Malta meta ġiet diskussa fil-konferenza tal-Pajjiżi ż-Żgħar li ltaqgħet nhar il-Ħadd, 5 ta’ Ottubru. Intant, l-iSpeaker Anġlu Farrugia kien magħżul sabiex jirrapporta lill-Assemblea Ġenerali  dak li seħħ waqt din il-konferenza.  Ir-rapport ġie approvat b’mod unanimu mill-Assemblea Ġenerali.

Tema oħra fuq l-aġenda tal-Assemblea Ġenerali kienet id-diskussjoni dwar il-bidla fl-istatus tal-Commonwealth Parliamentary Association, minn waħda ta’ istituzzjoni ta’ karità għal waħda li jkollha status diplomatiku. F’intervent li għamel  Carmelo Abela  tenna li jkun aħjar jekk l-assoċjazzjoni ma tieħux deċiżjoni għalissa,  biex b’hekk il-pajjiżi membri kollha jkollhom l-informazzjoni kollha dwar il-konsegwenzi li din il-bidla tista’ ġġib.

Din il-konferenza ġiet fit-tmiem tagħha llejla u fl-istess waqt rat it-terminu ta’ Sir Alan Haslehurst  minn Chairperson tal-Kumitat Eżekuttiv, u l-ħatra ta’ Dr Shirin Sharmin Chaudhury, Speaker tal-Parlament tal-Bangladesh fil-kariga ta’ Chairperson tal-Kumitat Eżekuttiv.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow