ID-DELEGAZZJONI PARLAMENTARI MALTIJA TKOMPLI BIL-ĦIDMA TAGĦHA FIS-60 KONFERENZA TAL-COMMONWEALTH PARLIAMENTARY ASSOCIATION
Illum kompliet tiltaqa’ is-60 Konferenza tal-Commonwealth Parliamentary Association f’Yaoundè fil-Cameroon li għaliha attendew Carmelo Abela, David Agius u Anthony Agius Decelis, immexxija mill-iSpeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia.
Fost id-diversi temi li kellha fuq l-aġenda l-Assemblea Ġenerali kien hemm l-approvazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni li jkun hemm Chairperson li jirrappreżenta lill-pajjiżi ż-żgħar fuq l-Eżekuttiv. Din ir-rakkomandazzjoni kellha s-sapport ta’ Malta meta ġiet diskussa fil-konferenza tal-Pajjiżi ż-Żgħar li ltaqgħet nhar il-Ħadd, 5 ta’ Ottubru. Intant, l-iSpeaker Anġlu Farrugia kien magħżul sabiex jirrapporta lill-Assemblea Ġenerali dak li seħħ waqt din il-konferenza. Ir-rapport ġie approvat b’mod unanimu mill-Assemblea Ġenerali.
Tema oħra fuq l-aġenda tal-Assemblea Ġenerali kienet id-diskussjoni dwar il-bidla fl-istatus tal-Commonwealth Parliamentary Association, minn waħda ta’ istituzzjoni ta’ karità għal waħda li jkollha status diplomatiku. F’intervent li għamel Carmelo Abela tenna li jkun aħjar jekk l-assoċjazzjoni ma tieħux deċiżjoni għalissa, biex b’hekk il-pajjiżi membri kollha jkollhom l-informazzjoni kollha dwar il-konsegwenzi li din il-bidla tista’ ġġib.
Din il-konferenza ġiet fit-tmiem tagħha llejla u fl-istess waqt rat it-terminu ta’ Sir Alan Haslehurst minn Chairperson tal-Kumitat Eżekuttiv, u l-ħatra ta’ Dr Shirin Sharmin Chaudhury, Speaker tal-Parlament tal-Bangladesh fil-kariga ta’ Chairperson tal-Kumitat Eżekuttiv.
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045