Left arrow Mur Lura

INIZJATTIVI FAVUR ANZJANITÀ IKTAR ATTIVA FIL-KOMUNITÀ

pr142302
Date Icon 09/10/2014

Waqt il-proċess finali tal-inizjattiva relatata mal-Opri ġewwa Għawdex, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana, esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal-konkorrenza li rċieva s-segretarjat tagħha għal din l-inizjattiva. Din l-iskema saret fil-kuntest tal-istrateġija tal-anzjanità attiva biex jiġu inkoraġġuti iktar anzjani jkunu attivi u jkunu esposti għal avvenimenti kulturali ewlenin f’pajjiżna. Il-konkorrenza kienet minn anzjani kemm Maltin, kif ukoll Għawdxin u dan jixhed kemm din l-inizjattiva qanqlet interess fuq  bażi nazzjonali. Is-Segretarjat Parlamentari għalhekk se jkompli jsostni din l-inizjattiva fuq bażi annwali għaliex minnha bbenefikaw diversi anzjani li qatt qabel ma kellhom l-opportunità li jattendu avvenimenti simili.

Is-Segretarju Parlamentari ħabbret ukoll li fetħu l-applikazzjonijiet għal żewġ inizjattivi important: dik tal-korsijiet ta’ qabel l-irtirar f’żewġ Ċentri ta’ Matul il-Jum, u Ċentru Taħriġ fil-Mosta b’sezzjonijiet ta’ tagħlim ta’ arti liberali darba f’ġimgħa. Min hu interessat jattendi għal dan it-taħriġ, jista’ japplika fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Mosta.

L-iskop tal-ewwel sensiela ta’ korsijiet huwa li jipprepara persuni u ħaddiema li qed joqorbu lejn l-età tal-irtirar u dan permezz ta’ sezzjonijiet varji fuq suġġetti relatati ma’ din il-fażi importanti tal-ħajja. Dan ikompli jsostni u jinkoraġġixxi anzjanità iktar attiva għal-benefiċċju tal-anzjani infushom iżda fuq kollox tas-soċjetà in ġenerali.

L-inizjattiva taċ-ċentru tagħlim tal-Mosta hija marbuta ma’ opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ f’sensiela ta’ suġġetti akkademiċi, kulturali, artistiċi u anke dawk relatati ma’ temi ta’ interess ġenerali.

Fiż-żmien li ġej is-Segretarjat Parlamentari se jkun qiegħed iħabbar inizjattivi ġodda favur anzjanità attiva.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow