Left arrow Go Back

JUM DUN KARM

pr142299
Date Icon 09/10/2014

Ottubru huwa marbut mat-twelid u l-mewt tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm. Huwa twieled f’Ħaż-Żebbug fit-18 ta’ Ottubru 1871 u miet fit-13 tal-istess xahar ta’ disgħin sena wara.

Fis-17 ta’ Ottubru li ġej id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni u l-Kumitat Festi Nazzjonali se jtellgħu ċerimonja għat-tfal tal-iskejjel li tfakkar lil dan il-poeta kbir Malti. Iċ-ċerimonja se ssir maġenb il-monument tiegħu fil-Furjana.

L-għodwa tibda b’korteo mill-iskola Primarja tal-Furjana fl-10 ta’ filgħodu.  Il-korteo jimxi sal-mafkar, u hemmhekk tibda ċ-ċerimonja li jkun fiha qari ta’ poeżiji mill-istudenti u tqegħid ta’ fjuri mal-monument. Se jsiru diskorsi mill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo, u mid-Direttur Ġenerali għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, is-Sur Ian Mifsud. Il-kantanta Doreen Galea se tkanta xi poeżiji ta’ Dun Karm, bil-mużika oriġinali tal-kompożitur Dominic Galea.

Fl-istess perjodu l-Kumitat Festi Nazzjonali se jkompli jfakkar lill-Poeta Nazzjonali b’ diversi attivitajiet oħra. 

Nhar il-Ħamis  23 ta’ Ottubru, 2014 fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard, se ssir serata kommemorattiva fis-7 ta’ filgħaxija organizzata mill-Kumitat Festi Nazzjonali u l-Akkademja tal-Malti. F’din is-serata se jsir diskors tal-okkażjoni mill-poeta Achille Mizzi li se jitkellem dwar il-Poeżija Maltija wara Dun Karm.  Il-Prof. Oliver Friggieri se jitkellem dwar is-sinifikat tal-versi tal-Innu Nazzjonali fi żmienna. Fl-istess serata se jieħu sehem ukoll il-kor Għawdxi “Chorus Urbanus” taħt id-direzzjoni ta’ Mro John Galea u jkun hemm qari ta’ poeżiji ta’ Dun Karm

Attività oħra se ssir fis-Sala tal-Ministeru t’Għawdex nhar it-Tnejn 27 ta’ Ottubru fis-7 ta’ filgħaxija bl-inizjattiva tal-Kumitat Festi Nazzjonali b’sinergija mal-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali t’Għawdex flimkien mal-Akkademja tal-Malti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow