Left arrow Mur Lura

SEMINAR DWAR IL-PROGRAMM TA’ ĊITTADINANZA B’INVESTIMENT F'LONDRA

pr142293
Date Icon 08/10/2014

Dalgħodu f’Malta House, Londra, ittella’ seminar dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment li qed ikompli jattira interess lejn pajjiżna minn nies ta’ reputazzjoni.

Bħalma ġara ġimgħatejn ilu fi New York, għas-seminar attendew investituri ta’ portata li huma t-tip ta’ persuni ta’ talent, b’kuntatti globali, li Malta qed jirnexxila tressaq lejha. Dan is-seminar, li kien organizzat fuq inizjattiva tal-kumpanija Henley & Partners bil-kollaborazzjoni tal-Gvern Malti, kien jinkludi preżentazzjoni dwar l-iżvilupp tal-programm f’Malta wara ftit xhur mit-tnedija tiegħu.    

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq fuq il-bżonn li l-innovazzjoni tibqa’ tkun iċ-ċavvetta għas-suċċess billi tinċentiva l-investiment u toħloq il-ġid.

L-istess kif pajjiżna ħa l-indipendenza tiegħu u mexa ’l quddiem, f’setturi bħall-manifattura, it-turiżmu, u iktar riċenti s-servizzi finanzjarji u r-remote gaming, issa Malta trid tmexxi, u mhux issegwi, l-avvanzi innovattivi fil-kunċett taċ-ċittadinanza.

Dr Muscat qal li ‎Malta hija interessata fit-talent ta’ investituri barranin, biex mal-kapaċità tal-poplu Malti li jaħdem mal-kommunità globali, tkompli tiżdied il-kompetitività tal-ekonomija Maltija li fit-tieni kwart ta’ din is-sena diġà rreġistrat l-akbar żieda minn fost il-pajjiżi kollha taż-żona Ewro.

It-triq tas-suċċess internazzjonali hija l-għażla naturali għall-futur ta’ pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow