Left arrow Go Back

TITNIEDA SEJĦA GĦAL ESPRESSJONI TA’ INTERESS GĦALL-EWWEL IMPJANT TAL-IPPROĊESSAR TAL-ĦUT

pr142291
Date Icon 08/10/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes illum nieda l-proċess għal sejħa ta’ espressjoni ta’ interess għall-impjant ġdid tal-ipproċessar tal-ħut; proċess li se jintemm fit-22 ta’ Ottubru 2014.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Galdes qal kif il-gvern diġà bena l-qafas tal-proġett, li se jkun sular fuq il-pixkerija l-ġdida.

Hu qal li permezz ta’ dan il-proċess il-gvern issa se jilqa’ u janalizza l-proposti tas-settur privat. Min jintgħażel se jkun responsabbli mill-iffinalizzar, l-investiment fl-apparat u l-makkinarju, u l-operazzjoni tal-istess impjant.

Dan l-impjant se jkun wieħed innovattiv għall-pajjiżna u se jgħin biex tissaħħaħ l-infrastruttura meħtieġa fil-katina li joffri l-qasam tas-sajd f’pajjiżna; mill-qbid tal-ħut għat-tkabbir fl-akkwakultura u l-ipproċessar tiegħu.

Is-Segretarju Parlamentari rrimarka li dan il-proġett għandu jirriżulta f’aktar benefiċċji u protezzjoni lill-konsumatur, filwaqt li jsarraf f’valur miżjud lis-sajjieda.

Galdes sostna wkoll li minbarra li dan l-impjant se jiġġenera aktar xogħol, jiżgura wkoll li dejjem ikun hemm suq għall-ħut li jinqabad fl-ibħra Maltin, li hu wkoll fost l-aktar ħut imfittex.

Il-Privatisation Unit se tkun qed tilqa’ dawn il-proposti għall-Espressjoni ta’ Interess li jkunu ġejjin minn persuni ta’ reputazzjoni tajba, jew entitajiet bl-esperjenza u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu dan il-proġett.

Il-proċess għall-ġbir tal-applikazzjoni beda llum, 8 ta’ Ottubru 2014, u jagħlaq fl-20 ta’ Ottubru 2014. L-applikazzjoni jistgħu jiġu sottomessi sat-22 ta’ Ottubru 2014.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow