FJAKKOLATA FUQ GĦAR ILMA U L-KUNĊERT MUŻIKALI SYMPHONY OF LIGHTS
Il-Fjakkolat fuq Għar Ilma u l-kunċert muzikali Symphony of Lights ġew imħabbra mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo. Il-Kumitat tal-Għaqda tal-armar ta' Santa Luċija flimkien mal-Kumitat Amministrattiv b’għajnuna mill-Ministeru għal Għawdex ser tiġi mtellgħa Fjakkolata fit-12 t' Ottubru 2014 . Din il-fjakkolata li ilha ssir għal aktar minn 30 sena tiġi organizzata għal festa tal-Madonna ta' Fatima. Din il-fjakkolata tiġbed l-attenzjoni ta' bosta Għawdxin minn diversi rħula f'Għawdex, minħabba li din issir fuq l-għolja ta' Għar Ilma. Din is-sena il-Kumitat tal-Għaqda tal-armar iddeċieda illi jpoġġi din il-fjakkolata għal Malta Book of Records.
Attività oħra li tiġi organizzata ukoll mill-Kumitat Amministrattiv ta' Santa Luċija hija l-Kunċert Muzikali bl-isem Symphony of Lights. Din hija it-tielet edizzjoni li ser titella' nhar il-Ġimgħa 17 ta' Ottubru 2014, fit-8.30pm fil-Pjazza ta' Santa Luċija. F' dan il-kunċert jippateċipaw il-Gozo Youth Wind Band taħt id-direzzjoni tal-Mro. Joseph Grech. Jieħdu sehem ukoll is-sopran Christabelle Formosa, il-kantanti Kathryn Delaney u Christine Camilleri. F'din l-attività jkun hemm ukoll il-logħob tan-nar. Il-Ministru għal Għawdex esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għal dan ix-xogħol li qed isir . Huwa reġa’ tenna li l-Ministeru għal Għawdex huwa dejjem favur dawn l-inizjattivi u dejjem ser ikun qed jgħin inizjattvi li jgħinu biex aktar Maltin u turisti jżuru lil Għawdex anke fix-xhur tax-xitwa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045