IL-GVERN JIFRAĦ LILL-KITTIEB GĦAWDXI PIERRE J MEJLAK
Il-Gvern ta’ Malta jixtieq jifraħ lill-kittieb Għawdxi Pierre J Mejlak li dalogħdu tħabbar bħala r-rebbieħ tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura bil-ktieb tiegħu intitolat ‘Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid'. Dan il-ktieb, ippubblikat fl-2011, jiġbor fih kollezzjoni ta’ għaxar stejjer qosra, ħafna drabi rakkuntati minn narraturi li jinsabu f’punt ta’ tranżizzjoni f’ħajjithom.
Il-ktieb ta’ Mejlak, li storja minnu intitolata 'Nixtieq Ngħajjat lil Samirah' diġà rebħet premju letterarju prestiġjuż, intgħażel minn fost diversi xogħlijiet ippreżentati minn 13-il pajjiż.
Din hija t-tieni darba li Malta rebħet il-premju tal-Unjoni Ewropea għall-Letteratura wara li l-kittieb Immanuel Mifsud kien kiseb dan is-suċċess fl-2011 bix-xogħol tiegħu 'Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben)'.
Pierre J Mejlak kiteb diversi xogħolijiet għat-tfal, novelli għal adolexxenti u żewġ kollezzjonijiet ta’ setjjer qosra. Rebaħ darbtejn il-premju Malti għall-Ġurnaliżmu u kien ukoll, fost oħrajn, korrispondent mal-BBC.
Il-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Letteratura huwa l-uniku premju internazzjonali ta’ din ix-xorta u, kif tenniet il-Kummissarju Ewropew Androulla Vassiliou, jiċċelebra l-aqwa talenti ġodda fil-qasam tal-kitba Ewropea. L-Unjoni Ewropea hija wkoll determinata li tgħin fit-traduzzjoni ta’xogħolijiet letterarji ġodda permezz tal-programm Creative Europe.”
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045