DELEGAZZJONI PARLAMENTARI TIPPARTEĊIPA FIL-LAQGĦA TAL-ASEP F’RUMA
Delegazzjoni Parlamentari pparteċipat fl-ASEP (Asia-Europe Parliamentary Partnership) Meeting f’Ruma bejn is-6 u s-7 ta’ Ottubru 2014 bit-tema “The role of Parliaments in fostering Asia-Europe dialogue, sustainable growth and stronger governance structures”. Id-delegazzjoni kienet magħmula minn Dr Luciano Busuttil u Dr Joe Sammut għan-nom tal-Gvern, u Dr Carmelo Mifsud Bonnici u Dr Marthese Portelli għan-nom tal-Oppożizzjoni.
Dan il-Parliamentary Partnership Meeting ilaqqa’ flimkien 51 pajjiż kif ukoll is-Segretarjat tal-ASEAN u tal-Unjoni Ewropea bil-għan ewlieni illi jkompli jsaħħaħ id-djalogu bejn dawn il-pajjiżi u istituzzjonijiet kif ukoll biex ikompli jsaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Asja u l-Ewropa fuq kwistjonijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali u globali.
Id-Delegazzjoni Maltija pparteċipat fiż-żewġ sezzjonijiet bit-temi Economic and Financial Government Structures u Sustainable Growth and Food Security.
Fl-aħħar tal-laqgħat, il-pajjiżi u l-istituzzjonijiet parteċipanti addottaw resoluzzjoni fejn ikkonfermaw il-ħidma kollettiva tagħhom biex ikun hemm iktar tkabbir ekonomiku, biex joħolqu iktar opportunitajiet ta’ xogħol bil-għan illi tonqos ir-rata tal-qagħad, biex tkompli tissaħħaħ l-empowerment soċjali, kif ukoll ikkonfermaw il-ħidma tagħhom biex ikomplu jassistu u jippromovu l-iżvilupp sostenibbli kif ukoll is-sigurtà tal-ikel.
Stqarrijiet Oħra:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045