INAWGURAT YOUTH HUB FIL-JUNIOR COLLEGE
pr142278
07/10/2014
Is-SegretarjuParlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius inawgurat-tielet Youth Hub f’Malta. Dan il-Youth Hub jinsab fil-Junior Collegetal-Msida u huwa servizz ieħor li tipprovdi Aġenzija Żgħażagħ. Youth Hubhuwa lok fejn issir edukazzjoni non-formali, bl-għajnuna ta’ Youth Worker,f’set up ta’ edukazzjoni formali f’dan il-każ il-Junior College. Huwaf’dawn is-siti li l-Youth Worker iħeġġeġ lill-istudenti jieħdu inizjattivi ujagħmlu proġetti li bihom ikunu qed itejbu l-ħiliet personali u soċjalitagħhom.
Waqtl-inawgurazzjoni tkellmet il-kap eżekuttiv ta’ Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teumali spjegat kif kien il-kunsill tal-istudenti stess li ħareġ bl-idea li jkunhemm Youth Hub fil-Junior College. Dan wara li s’issa diġá nsibu żewġYouth Hubs oħra li jinsabu fl-MCAST u fil-Youth.Inc.
Il-prinċipaltal-Kulleġġ, Paul Xuereb, qal li din hija inizjattiva oħra li qed tittieħedmal-għeluq tal-20 darba li nfetħet is-sena akkademika fil-JuniorCollege. Huwa saħaq li għalkemm ma nistgħux ninsew il-passat, importantili nħarsu ’l quddiem, speċjalment lejn il-futur ta’ dawn iż-żgħażagħ.
Is-SegretarjuParlamentari Agius tkellem dwar l-importanza tal-istudju li però jrid ikunimżewwaq b’attivitajiet oħra. Huwa spjega kif dan is-sit għandu jservita’ lok fejn iż-żgħażagħ jaqsmu l-idejat u l-ħsibijiet tagħhom għall-futur,speċjalment għaliex iż-żgħażagħ huma strumentali fl-iżvilupp tal-pajjiż.
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045