ATTIVITÀ ORGANIZZATA GĦAL-ANZJANI LI JATTENDU Ċ-ĊENTRI TA’ MATUL IL-JUM
pr142277
07/10/2014
Kif ħabbret is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fil-ġimgħat ligħaddew, ix-xahar t’Ottubru ser ikun iddedikat għal diversi attivitajiet għalAnzjani. Dan sabiex nagħtu iktar importanza lill-anzjani li jirrapreżentawkwart tal-popolazzjoni tal-Gżejjer Maltin.
Fost dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kien hemm attività li fiha pparteċipawl-anzjani kollha li jattendu ċ-ċentri ta’ matul il-Jum ta’ Malta kollha. Dinl-attività saret fit-teatru tar-Residenza San Vinċenz de Paul u ttella programmkulturali varjat li fih ipparteċipaw anke l-anzjani li kantaw, żifnu u qrawpoeżiji komposti minnhom stess.
Waqt l-indirizz tagħha s-Segretarju Parlamentari rringrazzat lill-ħaddiemakollha taċ-ċentri kif ukoll il-membri tat-Taqsima Anzjanità Attiva li twaqqfetriċentament fir-Residenza San Vinċenz de Paul, li bis-saħħa tagħhom segħettitella din l-Attività għall-Anzjani. Fakkret kif il-Gvern embarka biexiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum jiġu mibdula f’Learning Hubs u għalhekk danifisser qabża fil-kwalità ta’ kif jingħata s-servizz f’dawn iċ-ċentri
Is-Segretarju Parlamentari Caruana appellat sabiex l-anzjani jipparteċipawu jżommu ruħhom attivi biex inkomplu nippromovu l-Anzjanità Attiva unikkumbattu il-Perċezzjoni li mal-età tal-irtirar, l-Anzjani għandhom ikunulimitati għall-attivitajiet normalment assoċċjati mal-irtirar. Dan għaliexl-Anzjani tagħna għandhom ħafna x’jikkontribwixxu lis-soċjetà u lill-famijitagħna u allura għandhom il-potenzjal li jagħtu lill-pajjiżna valur miżjudpermezz tal-Anzjanità Attiva
Stqarrijiet Oħra:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045