Left arrow Go Back

SOLIDARJETÀ, ĠUSTIZZJA U FLESSIBILITÀ: IL-QAFAS MEĦTIEĠ GĦAS-SENA 2030 FIL-QASAM TAL-KLIMA U L-ENERĠIJA – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr142272
Date Icon 06/10/2014

Il-qafas għas-sena 2030 fil-qasam tal-klima u l-enerġija għandu jkun mibni fuq prinċipji bażiċi ta' solidarjetà, ġustizzja u anki flessibilità. Dan qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat f'laqgħa interministerjali konġunta f'Milan taħt il-Presidenza Taljana tal-Kunsill Ewropew, li kellha bħala temi ewlenin il-policies dwar klima u enerġija li għandhom iwassluna mis-sena 2020 sas-sena 2030, kif ukoll lejn l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

Malta temmen li l-industrija, l-imsieħba soċjali, ir-riċerkaturi u l-finanzjaturi huma l-aqwa għodda biex isseħħ il-mixja lejn it-tkabbir fl-ekonomija l-ħadra f'pajjiżna speċjalment fil-qasam tax-xogħol.

Malta tinsab impenjata li tkompli ssaħħaħ l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tant li sas-sena 2020, Malta mistennija li tilħaq l-efficiency rate ta’ 50% mil-livell attwali ta’ 35%.

Il-Ministru Brincat qal li dan il-proċess għandu jissaħħaħ kemm permezz ta' investiment f'din li tissejjaħ infrastruttura ħadra għall-iżvilupp tas-settur tar-renewable energy, kif ukoll billi jissaħħu l-ħiliet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin f'dawn is-setturi vitali permezz tal-iżvilupp fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u f’ħiliet ġodda bħala mezz importanti biex jimbuttaw ’il quddiem din it-transizzjoni mixtieqa u meħtieġa.

Dan għandu jsir b'mod ippjanat li jagħti għarfien xieraq lill-ħtiġijiet speċifiċi tagħna kif ukoll lill-potenzjal li joffri pajjiżna.

Bħala gżira żgħira b'densità qawwija ta' popolazzjoni, l-isfidi ewlenin li jiffaċċja pajjiżna fit-tħaddir tal-ekonomija huma tlieta: żieda fl-iskarsezza tar-riżorsi, żidiet fil-prezzijiet internazzjonali tal-enerġija kif ukoll il-prezzijiet attwali tal-materja prima.

Min-naħa tagħha Malta, filwaqt li temmen li l-Emissions Trading System (ETS) fiha nnifisha toffri inċentiv qawwi biex is-settur lokali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku jnaqqas il-carbon footprint tiegħu, tappoġġja sistema tal-ETS aktar b'saħħitha u robusta, billi temmen b'konvinzjoni  li dan jista’ u għandu jkollu rwol ċentrali biex nilħqu l-għanijiet tat-2030 Framework, il-qafas u l-miri ewlenin f'dan is-settur.

Il-laqgħa li tmexxiet mill-Ministru Taljan għall-Ambjent Gian Luca Galletti u mill-Viċi Ministru għall-Ekonomija Claudio De Vincenti, kellha interventi minn għadd ta' Kummissarji Ewropej fosthom dak tal-Enerġija Günther Oettinger.

Il-qafas imsejjaħ Climate And Energy Framework huwa maħsub biex joffri opportunitajiet ġodda ta' tkabbir ekonomiku u impjiegi, tnaqqis fl-emissjonijiet serra, kif ukoll sistema aktar kompetittiva u sigura tal-enerġija li għandha twassal għall-sigurtà akbar fil-qasam tal-enerġija, kif ukoll għall-enerġija li l-konsumatur ikun jista’ jaffordja aktar.

L-iskop tal-laqgħa interministerjali kien li twitti t-triq għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru li mistenni jattendu għaliha l-Prim Ministri u mexxejja Ewropej, bil-għan li jkun hemm aktar ċertezza regolatorja għall-investituri kif ukoll ħidma aktar ko-ordinata bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fil-mixja u fil-progress lejn dik li tissejjaħ a low carbon economy.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow