Left arrow Mur Lura

KLINIKA U SERVIZZ SPEĊJALIZZAT ĠDID FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL

pr142269
Date Icon 06/10/2014

Is-Segretarju  Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Dr Justyne Caruana inawgurat Speciality Clinic fir-residenza San Vinċenz de Paul li tinkorpora fiha diversi servizzi ġodda li ser jingħataw lir-residenti ta’ San Vinċenz de Paul fir-residenza stess. Fost dawn is-servizzi hemm is-servizz  ta’ Dermatogija. Dan is-servizz beda jingħata wara diskussjonijiet bejn l-amministrazzjoni tar-Residenza San Vincenz u d-Dipartiment tad-Dermatologija fl-isptar Boffa. Dan mhux l-uniku servizz speċjalizzat li qiegħed jingħata, peress li aktar kmieni beda wkoll jingħata servizz tal-oftalmologija u dentistrija. Ġiet attrezzata wkoll parti mill-klinika biex issir bleeding area, post fejn jittieħed id-demm u fejn isir is-servizz tal-ECG.

Il-Kliniċi ġew attrezzati b’apparat ġdid u modern u kif ukoll saru dementia friendly, għalhekk b'kuluri differenti biex jgħin u jassisti lill-utenti ta' dawn is-servizzi.

Dr.Justyne Caruana qalet li nħass u qiegħed jinħass il-bżonn ta’ aktar klinici speċjaliżżati ġewwa San Vincenz għal diversi raġunijiet fosthom li l-anzjani u pażjenti ġewwa San Vincenz ikunu mgħoqdija b’aktar kumdità u tnaqqis ta’ skariġġ tal-persuna flimkien ma’ carers li jkunu qegħdin jakkumpanjawhom, jiżdiedu s-servizzi għal benefiċċju tar-residenti f’San Vincenz de Paul flimkien mas-settur tas-Saħħa, naħdmu sabiex innaqsu l-pressjoni fuq waiting lists tal-Out Patients fl-isptar Mater Dei, bl-għan ewlieni jkun li l-persuna dejjem tkompli tinqeda.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana saħqet li l-amministrazzjoni ta’ San Vincenż qegħda tesplora, (flimkien ma’ speċjalizazzjonijiet differenti fuq bazi ta’ bżonn), kif tista’ tkompli tkabbar in-numru ta’ kliniċi speċċjalizzati sabiex ir-residenti jkomplu jinqdew aħjar, f’ambjent familjari u sigur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow