KLINIKA U SERVIZZ SPEĊJALIZZAT ĠDID FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Dr Justyne Caruana inawgurat Speciality Clinic fir-residenza San Vinċenz de Paul li tinkorpora fiha diversi servizzi ġodda li ser jingħataw lir-residenti ta’ San Vinċenz de Paul fir-residenza stess. Fost dawn is-servizzi hemm is-servizz ta’ Dermatogija. Dan is-servizz beda jingħata wara diskussjonijiet bejn l-amministrazzjoni tar-Residenza San Vincenz u d-Dipartiment tad-Dermatologija fl-isptar Boffa. Dan mhux l-uniku servizz speċjalizzat li qiegħed jingħata, peress li aktar kmieni beda wkoll jingħata servizz tal-oftalmologija u dentistrija. Ġiet attrezzata wkoll parti mill-klinika biex issir bleeding area, post fejn jittieħed id-demm u fejn isir is-servizz tal-ECG.
Il-Kliniċi ġew attrezzati b’apparat ġdid u modern u kif ukoll saru dementia friendly, għalhekk b'kuluri differenti biex jgħin u jassisti lill-utenti ta' dawn is-servizzi.
Dr.Justyne Caruana qalet li nħass u qiegħed jinħass il-bżonn ta’ aktar klinici speċjaliżżati ġewwa San Vincenz għal diversi raġunijiet fosthom li l-anzjani u pażjenti ġewwa San Vincenz ikunu mgħoqdija b’aktar kumdità u tnaqqis ta’ skariġġ tal-persuna flimkien ma’ carers li jkunu qegħdin jakkumpanjawhom, jiżdiedu s-servizzi għal benefiċċju tar-residenti f’San Vincenz de Paul flimkien mas-settur tas-Saħħa, naħdmu sabiex innaqsu l-pressjoni fuq waiting lists tal-Out Patients fl-isptar Mater Dei, bl-għan ewlieni jkun li l-persuna dejjem tkompli tinqeda.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana saħqet li l-amministrazzjoni ta’ San Vincenż qegħda tesplora, (flimkien ma’ speċjalizazzjonijiet differenti fuq bazi ta’ bżonn), kif tista’ tkompli tkabbar in-numru ta’ kliniċi speċċjalizzati sabiex ir-residenti jkomplu jinqdew aħjar, f’ambjent familjari u sigur.
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045