Left arrow Go Back

L-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA JILTAQA’ MAL-PROFESSUR KEN COGHILL MILL-UNIVERSITÀ TA’ MONASH, L-AWSTRALJA WAQT LI JATTENDI GĦALL-KONFERENZA ANNWALI TAL-COMMONWEALTH PARLIAMENTARY ASSOCIATION LI QED ISSIR FIL-CAMEROON

pr142266
Date Icon 06/10/2014
Nhar is-Sibt, 4 ta’ Ottubru 2014, l-iSpeaker Anġlu Farrugia kellu laqgħa mal-Professur Ken Coghill mill-Università ta’ Monash fl-Awstralja fejn fost l-oħrajn tkellmu dwar il-Kodiċi ta’ Etika tal-Membri Parlamentari. 
L-iSpeaker Farrugia spjega lill-Professur Coghill x’tgħid il-Kodiċi ta’ Etika li tirregola lill-Membri Parlamentari Maltin li kienet tħejjiet fl-1995.  Huwa infurmah ukoll li ftit tax-xhur ilu kien ġie ppubblikat Abbozz ta’ Liġi  dwar l-istandards fil-ħajja pubblika, liema abbozz kien diġà jinsab fuq l-aġenda tal-Parlament u li kien hemm il-qbil li sal-aħħar tas-sena dan jiġi diskuss.  L-iSpeaker  elenka  d-differenzi li kien hemm bejn il-Kodiċi eżistenti u dan l-abbozz u qal ukoll li kien għadu kif irċeva rapport maħruġ  mill-GRECO u, għalkemm ma setax jiżvela x’kien fih ir-rapport għax kien għadu kunfidenzjali u kien għad irid jiġi diskuss mal-partijiet konċernati, seta’ jgħid li kien fih tifħir għal dan l-abbozz ta’ liġi. 
Meta mistoqsi mill-Professur Coghill kif il-Membri Parlamentari ġodda  jsiru jafu dak li jirregolahom, l-iSpeaker Farrugia semma d-diversi inizjattivi li bdew jittieħdu f’din il-leġiżlatura proprju għal dan il-għan. 
Fl-aħħar tal-laqgħa, l-iSpeaker ippreżenta lill-Professur Coghill kopja tal-Abbozz ta’ Liġi kif ukoll kopja tal-Kodiċi ta’ Etika għall-Membri Parlamentari .
Intant, il-Commonwealth Parliamentary Association apprezzaw ħafna l-fatt li l-iSpeaker ħareġ stqarrija fejn esprima s-sogħba tal-Parlament Malti għall-mewt tas-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni, Dr. William F. Shija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow