Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA DALGĦODU TATTENDI GĦALL-MIXJA TAL-FONDAZZJONI KARL VELLA

pr142265
Date Icon 05/10/2014

Dalgħodu  l-President ta’ Malta  Marie Louise Coleiro Preca attendiet għall-mixja organizzata mill-Fondazzjoni Karl Vella f’San Ġiljan.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca faħħret lill-membri ta’ din il-fondazzjoni mwaqqfa fost l-oħrajn mill-armla Rose Vella, ż-żewġ uliedha ċkejknin li minkejja t-telfa kbira li ġarrbu ddeċidew li jkomplu l-missjoni ta’ Karl Vella, li kienet dik li tagħti għajnuna psiko-soċjali u edukattiva lil tfal li l-ġenituri u familjari tagħhom ntlaqtu minn mard serju.

Il-President ta’ Malta qalet li tħossha tant kburija tara din il-firxa kbira ta’ solidarjeta’ u appellat lill-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu għall-istess għan fosthom għal dawk milquta bil-kanċer u mard ieħor serju, biex jiġu flimkien, u filwaqt li jżommu l-identita’ tagħhom, jaħdmu b’iktar koordinament flimkien.

Il-President qalet li din il-mixja ta’ solidarjeta’ tirrifletti l-iskop kollu tal-Istrina ta’ din is-sena, dik ta’ Solidarjeta’ li issa għandha wkoll b’mod iktar b’saħħtu l-enerġija u entużjażmu miż-żgħażagħ li permezz ta’ Solidaritree dawn qed jorganizzaw l-Istrina tagħhom, b’solidarjeta’ ma’ nies fil-bżonn.

Qabel il-mixja, il-President ta’ Malta attendiet quddiesa ta’ radd il-ħajr mill-Fondazzjoni Karl Vella, li ġiet ikkonċelebrata mill-Isqof Awżiljarju ta’ Malta l-Monsinjur Charles Scicluna. 

Il-Fondazzjoni Karl Vella twaqqfet ftit tax-xhur ilu wara l-mewt ta’ Karl Vella fi Frar li għadda wara li kien ilu snin jissielet mal-marda tal-kanċer.  Il-Fondazzjoni twaqqfet bl-iskop nobbli li tgħin lil tfal li l-ġenituri u familjari għaddejjin minn perjodu ta’ mard serju, u dan sabiex it-tfal ma jaqgħux lura u jingħataw l-appoġġ kollu li għandhom bżonn inkluż dak psiko-soċjali u edukattiv.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow