Left arrow Go Back

SUĊĊESS KBIR GĦAD-DISA’ EDIZZJONI TA’ L-AKBAR AVVENIMENT ANNWALI FIL-BELT VALLETTA N-NOTTE BIANCA

pr142264
Date Icon 05/10/2014

Aktar minn 80,000 ruħ żaru n-Notte Bianca sabiex jiċċelebraw l-arti u l-kultura minkejja tbassir ta' temp ħażin. Permezz tan-Notte Bianca il-Belt Valletta u l-irħula tal-madwar ittrasformaw ruħhom f’postijiet miftuħa għal-kultura.

In-Notte Bianca hija pjattaforma għal iktar minn 100 artist li uħud minnhom għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom u toffri spazju nazzjonali gћall-proġetti tagħhom iżda mhux biss, hija wkoll festa eżemplari biex tiġi ċċelebrata l-kultura popolari.

Filfatt numru ta’ artisti poġġew installazzjonijiet tagħhom f’diversi partijiet madwar il-Belt Valletta.

Din is-sena għal-ewwel darba sar attentat speċjali biex Notte Bianca toћroġ mill-Belt Valletta bil-proġett tal-Bieb tal-Bombi li nfethu għall-pubbliku li seta’ jara dan il-monument storiku minn perspettiva differenti.

Attrazzjoni oħra ġdida kienet fi Pjazza Indipendenza, li tagħat l-opportunita’ lill-persuni li jdoqqu l-qniepen fil-knisja Karmelitana u l-Katidral Anglikan ta' San Pawl.

Bħal fis-snin ta’ qabel infetħu wkoll il-mużewijiet għall-viżitaturi mingħajr ħlas. Siti oħra miftuħa għall-pubbliku kienu jinkludu l-Palazz tal-President u l-Parlament, flimkien ma’ għadd ta’ uffiċċji tal-Gvern u knejjes. Filwaqt li saru wkoll għadd ta re-enactments storiċi u kunċerti.

In-Notte Bianca hija frott ta’ kollaborazzjoni u sinerġija bejn numru ta’ entitatijet. Filfatt huma propju għadd ta’ entitajiet li ngħaqdu u ħadmu flimkien biex Notte Bianca tkun esperjenza mill-isbaħ gћal kulћadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow