IL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA JIXTIEQ JIRRINGRAZZJA LID-DIRIĠENTI TAL-KUMPANIJA MALTA PUBLIC TRANSPORT SERVICES U LIX-XUFIERA KOLLHA GĦALL-MOD EFFIĊJENTI TA’ KIF TĦADDEM IS-SERVIZZ ILBIERAĦ FIL-GĦAXIJA WARA LI NTEMMEW L-ATTIVITAJIET
pr142263
05/10/2014
Għal dawn l-attivitajiet, l-organizzaturi tan-Notte Bianca talbu lill-kumpanija mmexxija mill-Gvern biex torganizza servizz speċjali għall-pubbliku u għaldaqstant, is-servizz li normalment jintemm fil-11.00 p.m. mill-Belt Valletta lbieraħ baqa’ għaddej sas-2.30 a.m.
Is-servizz baqa’ għaddej kif mistenni u ma kien hemm l-ebda dewmien jew inkonvenjenzi.
Għaldaqstant, il-Ministeru jirringrazzja lil kull min ta sehemu biex dan is-servizz tħaddem b’organizzazzjoni tajba ħafna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045