JIBDA WIEĦED MILL- PROGRAMM TAL-LIFELONG LEARNING
Illum beda uffiċjalment wieħed mid-disa’ programmi tal-Lifelong Learning fiċ-ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani tal-Mellieħa. Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana ħabbret dan waqt li għamlet żjara fiċ-ċentru ta’ Matul il-Jum fil-Mellieħa. Dan il-programm tal-Aerobics ser jibqa’ għaddej sa’ Ġunju tal-2015.
Il-Lifelong Learning Hubs huma parti mix-xogħol għal-implimentazzjoni tal-istrateġija għal-Anzjanità Attiva u dan il-programm tal-Aerobics qiegħed jiġi iffinanzjat mis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva u mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Dr. Caruana qalet li fiż-żmien li ġej ser jiġi ippubblikat il-prospectus tal-programmi sħiħ għal kull ċentru.
Stqarrijiet Oħra:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045