Left arrow Go Back

BLOG FEJN KULĦADD JGĦID TIEGĦU DWAR L-ISKART FOST L-ISTUDENTI TAL-ISKOLA ST.PATRICK’S

pr142249
Date Icon 03/10/2014

Proġett Pilota tal-Ministeru tal-Ambjent  

Fuq inizjattiva tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, illum ġie imniedi proġett pilota dwar l-introduzzjoni ta’ blog tal-istess Ministeru fejn l-istudenti kollha tal-iskola St Patrick’s jistgħu jgħidu tagħhom dwar l-iskart.

Il-Ministru Leo Brincat qal li din l-inizjattiva, li kienet ġiet issuġġerita xi ftit ilu minn studenti fl-iskejjel, hija maħsuba biex tqajjem kuxjenza dejjem akbar dwar l-iskart u l-immaniġġjar tiegħu fost l-istudenti nfushom - li huma magħrufa li għandhom għarfien aktar qawwi dwar l-isfidi u l-problemi ambjentali u tal-iskart ġewwa pajjiżna minn ġenerazzjonijiet oħrajn.

Filwaqt li radd ħajr lid-diriġenti tal-iskola għall-istedina tagħhom biex isir dan kif ukoll għall-interess qawwi mill-għalliema u l-istudenti biex tnedija simili issir ġewwa l-iskola tagħhom, huwa qal li l-iskop ewlieni tal-blog f’dan il-proġett pilota li ser ikun fuq is-sit elettroniku tal-istess Ministeru, huwa biex ikun jista jinstemgħa aħjar leħen l-istudenti.

Dan billi jkunu jistgħu jressqu l-quddiem b’mod elettroniku s-suġġerimenti tagħhom dwar issues relatati mal-qasam tal-iskart.

Il-Ministru Brincat qal li qabel tnieda dan il-progett bil-ko-operazzjoni kemm tal-Ministeru tal-Edukazzjoni kif ukoll tal-uffiċjali tal-Ministeru responsabbli mit-Teknoloġija tal-Informatika flimkien mal-MITA, inkisbet l-awtorizazzjonijiet meħtieġa tal-Kummissarju tad-Data Protection.

Tant li biex wieħed jirreġistra fil-blog hemm bżonn Consent Form mimlija u ffirmata mill-ġenitur jew legal guardian tat-tfal. Din għandha tintbgħat lill- Moderatur tal-Blog, il-Ministeru stess.

Din il-Consent Form tista tiġi revokata mill-ġenitur, jew legal guardian, jew il-Ministeru nnifsu f’kull ħin. Il-consent form hija valida sa tmiem is-sena skolastika.

Reġistrazzjonijiet mhux awtorizzati u kummenti mhux relatati mas-suġġett mhumiex sejrin jiġu aċċettati mill-Moderatur.

Il-Ministru Brincat qal li l-proġett qed jitnieda fuq bażi ta’ wieħed pilota għalhiex filwaqt li jagħti aktar lok u spazju lit-tfal tal-iskejjel biex juru fehmthom dwar suġġett importanti ħafna għall-kwalità tal-ħajja ġewwa pajjiżna, kien importanti ħafna  li jinstab u jinżamm bilanċ xieraq ma’ dak kollu mitlub u meħtieġ mill-Kummissarju tad-Data Protection.

Huwa temm jgħid li fix-xhur li ġejjin il-Ministeru ser ikun qed jevalwa l-andament ta’ dan il-proġett pilota bil-ħsieb li jkun jista jinfirex aktar fi skejjel oħrajn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow